• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija Annwali fi Studio
      • Sħubija Temporanja fi Studjo
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
    • Il-Membri tal-Panel
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana
VCA-logo[1]
Photo Credits: Photoscopo

Valletta Pageant of the Seas – Spettakolari fil-Port il-Kbir

Ittella’ b’suċċess il-Valletta Pageant of the Seas ilbieraħ 24 ta’ Lulju 2026, fil-Port il-Kbir.

Organizzat mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta bl-appoġġ ta’ Visit Malta, dan l-ispettaklu ttrasforma l-Port il-Kbir f’palk miftuħ fuq il-baħar. Diversi bċejjeċ tal-baħar, mużika, dawl, funtani, lasers u logħob tan-nar ingħaqdu f’esperjenza unika li ċċelebrat l-wirt marittimu Malti u s-sbuħija naturali u storika tal-Belt Valletta.

Din kienet esperjenza unika għal-eluf ta’ nies, familji, u turisti li għal kwazi 3 sigħat sħaħ inġabru madwar ix-xatt tal-Port il-Kbir bejn id-Dwana u l-Pixkerija l-Antika, kif ukoll għal dawk li sabu posthom isegwu minn postijiet oħrajn fil-għoli, bħall-Barrakka ta’ Fuq u s-swar ta’ Santa Barbara.

Ix-xeni li nħolqu fil-port meraviljuż ta’ pajjiżna, permezz ta’ wirja animata bi bċejjeċ tal-baħar ta’ kull tip isalpaw madwar il-Port il-Kbir, b’koreografija mill-isbaħ u mgħejjuna minn disinn spettakolari ta’ dwal, mużika, bandisti fuq luzzu ta’ Malta, funtani enormi fil-baħar b’ilma jiżfen, u l-għeluq stupend b’wirja ta’ loghob tan-nar tal-ajru minn fuq il-baħar fl-isfond tal-iswar tat-tliet ibliet, kienu ta’ bilħaqq spettakolari.

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta tkompli ssaħħaħ ir-reputazzjoni tagħha bħala l-organizzatur ta’ avvenimenti kulturali fil-beraħ ta’ livell għoli fil-Belt Kapitali. Il-Valletta Pageant of the Seas huwa eżempju ċar ta’ din il-viżjoni li tkompli ssaħħaħ il-profil tal-Belt Valletta bħala destinazzjoni kulturali ewlenija fil-Mediterran.

Żur is-sit web u l-paġna ta’ Facebook tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta biex tara l-programm sħiħ ta’ attivitajiet u timmarka l-kalendarju tiegħek!

A photo showing Illuminated water fountains and sailing vessels during the Valletta Pageant of the Seas in Malta's Grand Harbour.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta

  • Numru tat-Telefon
    21242018

  • Email
    [email protected]

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn!

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-aċċessibbiltà
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2025 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha huma riżervati

Another website by TheWebAlly Logo
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue to use this site we will assume that you are happy with it.