Daniel Ciappara huwa l-Kap tal-Ipprogrammar u l-Produzzjoni fi ħdan l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, fejn imexxi l-ippjanar, l-iżvilupp u t-twassil tal-programm kulturali tal-Aġenzija. F’dan ir-rwol, jieħu ħsieb il-produzzjoni ta’ avvenimenti u inizjattivi li jikkontribwixxu għall-ħajja kulturali tal-Belt Valletta filwaqt li jiżgura standards għoljin fil-ġestjoni tal-proġetti, il-kollaborazzjoni u l-involviment pubbliku.
Daniel ingħaqad mal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta fl-2021, fejn serva bħala Eżekuttiv tal-Komunikazzjoni, responsabbli għall-iżvilupp ta’ strateġiji ta’ komunikazzjoni u kummerċjalizzazzjoni, il-koordinazzjoni tar-relazzjonijiet mal-midja, u l-promozzjoni tal-programm kulturali divers tal-Aġenzija.
Qabel ma ngħaqad mal-Aġenzija, kellu rwoli ta’ komunikazzjoni fi ħdan il-Gvern ta’ Malta, fejn mexxa l-komunikazzjonijiet strateġiċi, ir-relazzjonijiet mal-midja, avvenimenti pubbliċi u l-involviment tal-partijiet interessati.
Daniel għandu Grad ta’ Master fit-Traduzzjoni u l-Istudji tat-Terminoloġija mill-Università ta’ Malta, flimkien ma’ Grad ta’ Bachelor (Unuri) fil-Malti bil-Komunikazzjoni bħala qasam sussidjarju.