• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija Annwali fi Studio
      • Sħubija Temporanja fi Studjo
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
    • Il-Membri tal-Panel
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana
VCA-logo[1]

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta tniedi l-biljetti għal prestazzjoni tar-Requiem ta’ Mozart f’April

Numru ta’ solisti internazzjonali, inklużi is-sopran Hanna Husáhr, il-mezzo sopran Rihab Chaieb, it-tenur Toby Spence u l-baxx Karl Magnus Fredriksson, se jipparteċipaw f’din il-produzzjoni unika li se ssir taħt id-direzzjoni mużikali tas-surmast Malti-Olandiż Lawrence Renes fil-Bażilika ta’ San Duminku, fit-2 ta’ April fit-8:00pm, fil-Belt Valletta.

Mozart ikkompona parti mir-Requiem fi Vjenna lejn l-aħħar tal-1791, iżda dan ix-xogħol ma tlestiex qabel mewtu fil-5 ta’ Diċembru tal-istess sena. Verżjoni kompluta tar-Requiem, datata għall-1792 ingħatat minn Franz Xaver Süssmayr lill-Konti Franz von Walsegg, li kkummissjona l-biċċa biex jitfakkar l-anniversarju tal-mewt ta’ martu fl-14 ta’ Frar. Il-“Masonic Funeral Music” ta’ Mozart inkitbet fl-1785. Dan ix-xogħol qasir, iżda li jmiss is-sentimenti ta’ dak li jkun b’mod estrem, huwa meqjus bħala wieħed mill-kapulavuri assoluti ta’ Mozart. Madankollu dan ix-xogħol rari jittella’. Dan minħabba l-uniċità tal-orkestrazzjoni oriġinali tiegħu.

L-oriġini tal-Akkademja Nazzjonali multisekulari ta’ Santa Cecilia hija marbuta mill-qrib mal-kant korali u tmur lura għat-tieni nofs tal-1500 meta diversi Kapijiet tal-Kappelli u koristi ffurmaw assoċjazzjoni, billi eleġġew bħala President lil Giovanni Pierluigi da Palestrina, u b’hekk twaqqfet l-Akkademja.

Minbarra l-impenji riċenti tiegħu inklużi tours, il-kor ħa sehem fl-irreġistrar tal-Madama Butterfly ta’ Puccini u tar-Requiem ta’ Verdi (it-tnejn li huma diretti minn Antonio Pappano), li rċieva l-BBC Music Magazine Award tal-2010 għall-aħjar reġistrazzjoni (fis-sezzjoni korali), il-Classical Brits Critics Award tal-2010 u l-Gramophone Award.

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera faħħar din l-inizjattiva artistika u tenna li bħala l-Ministru responsabbli, b’mod speċjali fid-dawl tal-pandemija li ħalliet impatt qawwi fuq is-settur kulturali u artistiku, qiegħed jassigura li dan is-settur jkollu futur sostenibbli.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Catherine Tabone qalet li inizjattivi ibbażati fuq kollaborazzjoni internazzjonali ma’ entitajiet Ewropej ta’ eċċellenza huma parti importanti ħafna mill-Programm Kulturali tal-Aġenzija, li tenfasizza l-kwalità u taħdem sabiex tgħamilha aċċessibbli għal udjenza kemm jista’ jkun wiesa:

Umberto Nicoletti Altimari, ir-rappreżentant tad-Direzzjoni Artistika tal-Akkademja Nazzjonali ta’ Santa Cecilia tkellem dwar kemm il-kor huwa ħerqan sabiex jaħdem mal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta u mal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali fi żminijiet bħal dawn. Din hija l-ewwel darba li l-Akkademja ta’ Santa Cecilia se tkun qed tagħmel prestazzjoni fil-Belt Valletta iżda fl-2016, l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali u l-kor tal-Akkademja kienu daqqew flimkien f’Ruma. Umberto temm jgħid li Mozart’s Requiem huwa kunċert li dak li jkun m’għandux jitlef.

Dan il-proġett se jittella’ bl-appoġġ ta’ Air Malta, L’Istituto Italiano Di Cultura u The Gomerino Hotel, Valletta

Għal aktar informazzjoni fuq din il-produzzjoni u biex tibbukkja l-biljetti ta’ €15/€5 jekk jogħġbok żur [showshappening.com](https://www.showshappening.com/Valletta-Cultural-Agency/DRAGO?showid=4e3b6707-5827-4dee-aaeb-89a2ceb47565).

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta

  • Numru tat-Telefon
    21242018

  • Email
    [email protected]

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn!

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-aċċessibbiltà
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2025 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha huma riżervati

Another website by TheWebAlly Logo
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue to use this site we will assume that you are happy with it.