• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija Annwali fi Studio
      • Sħubija Temporanja fi Studjo
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
    • Il-Membri tal-Panel
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana
VCA-logo[1]
Photo Credits: Charles Calleja

Valletta Design Cluster tospita l-ewwel edizzjoni tal-Mobility Innovation Design Sprint

Il-Valletta Design Cluster (VDC) bi pjaċir ospitat l-ewwel hackathon tagħha, il-Mobility Innovation Design Sprint, fis-16 u s-17 ta’ Novembru. Dan l-avveniment li huwa parti mill-attivitajiet tal-VDC taħt l-EIT Urban Mobility project, kellu l-għan li jindirizza l-isfidi urġenti tal-mobbiltà urbana permezz ta’ kreattività, kollaborazzjoni u innovazzjoni mill-aktar avvanzata.

Id-design sprint li sar fl-istudios u l-faċilitajiet ta’ residenza tal-ogħla livell li jinsabu fil-Cluster ġabar flimkien uħud mill-aqwa mħuħ biex jiġu żviluppati soluzzjonijiet trasformattivi għat-trasport urban sostenibbli. Il-parteċipanti kellhom l-opportunità imprezzabbli li jiġu ggwidati mill-esperti stmati: Prof. Matthew Montebello, mexxej fl-Intelliġenza Artifiċjali, Dr. Suzanne Maas, persuna ta’ awtorità fil-qasam tal-Mobbiltà Urbana fl-iBliet tal-Gżejjer, u s-Sinjura Marisa Abela Gatt, speċjalista fil-Ħsieb tad-Disinn.

 

L-avveniment intemm b’pitch session vibranti, fejn it-timijiet ippreżentaw l-ideat tagħhom lil bord ta’ għażla. Ir-rebbieħa tal-premju ewlieni kien Glazed, (Bryan Spiteri, Jacob Ellul, Keith Farrugia, u Luca Vella) tim ta’ studenti tax-xjenza tal-kompjuter mill-Università ta’ Malta li impressjonaw lill-board tal-għażla bis-soluzzjoni diġitali innovattiva tagħhom biex itejbu l-esperjenza ta’ dawk li jagħmlu użu mit-trasport pubbliku.

It-tieni u t-tielet premjijiet ingħataw lil KSS u lil HALLD, li t-tnejn ippreżentaw proġetti ta’ ispirazzjoni ffukati fuq soluzzjonijiet alternattivi ta’ mobbiltà.

Il-VDC huwa impenjat li jrawwem l-innovazzjoni u jagħti s-setgħa lill-individwi biex jużaw il-kreattività u l-innovazzjoni tagħhom biex joħolqu soluzzjonijiet sostenibbli. Din l-ewwel-edizzjoni ta’ hackathon timmarka pass sinifikanti fil-vjaġġ tal-Cluster lejn it-tfassil ta’ futur aktar konness u aċċessibbli.

Għal aktar informazzjoni dwar il-Valletta Design Cluster u l-inizjattivi tagħha, żur https://www.vca.gov.mt/mt/valletta-design-cluster/

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta

  • Numru tat-Telefon
    21242018

  • Email
    [email protected]

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn!

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-aċċessibbiltà
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2025 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha huma riżervati

Another website by TheWebAlly Logo
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue to use this site we will assume that you are happy with it.