• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija Annwali fi Studio
      • Sħubija Temporanja fi Studjo
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
    • Il-Membri tal-Panel
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana
VCA-logo[1]
Photo Credits: Darren Agius

Lejn Belt Kapitali Ħadra u Kontemporanja

Il-viżjoni għall-Belt Valletta sas-sena 2030 hija msejsa fuq it-titjib ambjentali. L-għan ewlieni huwa li jkun hemm belt iżjed imħaddra, b’inqas tniġġis u b’inqas karozzi.

Il-viżjoni tagħna għall-Belt Valletta hija possibbli li ssir. Wieħed jista’ biss iħares lejn il-Valletta Design Cluster li kien ta’ suċċess kbir f’termini ta’ kif tista’ tiġi żviluppata binja sostenibbli għall-ibliet imħaddra ta’ għada.

L-enerġija ekoloġika hija importanti għall-ambjent għaliex din tieħu post l-effetti negattivi tal-karburanti fossilli b’alternattivi li huma aktar favur l-ambjent u sostenibbli. Billi naqilbu għal enerġija nadifa u rinnovabbli, aħna nkomplu nnaqqsu l-gassijiet serra, u b’hekk inkunu wkoll qed nagħmlu l-parti tagħna fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. L-enerġija ekoloġika hija ħafna drabi nadifa u rinnovabbli. Dan ifisser li dawn ma jemettux gassijiet serra u jkunu disponibbli faċilment.

L-enerġija rinnovabbli tista’ ġġib benefiċċji kbar għall-ibliet, inkluż arja iżjed nadifa, servizzi moderni u postijiet iżjed abitabbli. Malta tista’ tinvesti iżjed fl-enerġija solari minħabba l-fatt li l-gżejjer tagħna għandhom 300 jum xemxi fis-sena. Permezz ta’ iżjed inizjattivi u inċentivi jistgħu jiżdiedu b’mod drastiku l-pannelli solari fil-belt u dan jista’ jwassal sabiex ikun hemm iżjed użu minn enerġija rinnovabbli.

Il-Valletta Design Cluster li ġie uffiċjalment inawgurat aktar kmieni din is-sena jista’ jitqies bħala l-proġett pilota dwar dak li għandu x’jaqsam maż-żieda ta’ infrastruttura ekoloġika. L-ispazju komunitarju għall-prattika kulturali u kreattiva li jinsab fil-Biċċerija l-Antika li ġie restawrat fil-Belt Valletta, għandu wkoll ġnien fuq il-bejt sabiex iżid iżjed l-ossiġnu fl-atmosfera filwaqt li jservi bħala spazju pubbliku ekoloġiku f’belt urbana ffortifikata.

Barra minn hekk, il-ġnien fuq il-bejt jgħin biex iżomm it-temperatura stabbli fil-kmamar ta’ taħt, u b’hekk l-ispazju ma jkunx dipendenti fuq it-tkessiħ u t-tisħin artifiċjali matul is-sena. It-tisqija tal-ġnien hija wkoll sostenibbli peress li s-sistema tal-irrigazzjoni hija konnessa ma’ żewġ tankijiet tal-ilma taħt l-art li jimtlew permezz ta’ sistema ġdida li tiġbor l-ilma tax-xita li ġiet installata fil-binja.

Il-Valletta Design Cluster jagħmel ukoll użu mill-enerġija solari, ġġenerata minn kanopew tal-ħġieġ installat fuq bitħa li għandu fih ċelloli fotovoltajiċi (PV).
Ispirati mis-suċċess ekoloġiku tal-Valletta Design Cluster qed inressqu serje ta’ proposti lill-Gvern u lill-Awtoritajiet.

• Fil-baġit li ġej, il-Gvern għandu jagħti inċentivi u jħeġġeġ lill-komunitajiet, lill-ħwienet, lin-negozji u lill-binjiet tal-Gvern fil-Belt Valletta sabiex jeqilbu għal enerġija solari.

• Sa mill-2030, permessi ġodda għal lukandi, appartamenti, ristoranti u postijiet oħra ta’ divertiment jingħataw biss lil dawk li ma jagħmlu ebda ħsara lill-ambjent.

• Sal-2025, il-Belt Valletta għandu jkollha numru ta’ ġonna fuq il-bjut ta’ binjiet storiċi bħal Spazju Kreattiv, il-Parlament u binjiet oħra tal-Gvern bħall-Bereġ, li fihom jinsabu ħafna mill-Ministeri. Il-bejt tal-Valletta Design Cluster huwa eżempju ċar ta’ kif dan għandu jsir.

• Sal-2023, il-vetturi kollha li jipprovdu servizzi fil-Belt Valletta, inkluż dawk li jiġbru l-iskart, dawk li jagħtu servizz lill-industrija tal-ospitalità fil-Belt, u oħrajn, għandhom ikunu jaħdmu kollha bl-elettriku u jkunu kollha tal-istess qies. Qies li jirrispetta t-toroq dojoq tal-Belt u l-ambjent tagħha.

• Sal-2023, is-servizzi kollha fil-Belt Valletta, inklużi vetturi tal-kunsinna, għandhom ikunu pprovduti fi ġranet u ħinijiet speċifiċi fil-ġimgħa skont skeda maqbula mas-sidien ikkonċernati. Dan huwa sforz kbir sabiex jitnaqqas it-traffiku fiċ-ċentru tal-Belt Valletta li huwa wieħed mill-kaġuni tat-tniġġis fil-Belt li b’mod kontinwu jagħmel ħsara lill-binijiet irrestawrati.

• Sal-2030, se jkunu jistgħu jidħlu biss vetturi jaħdmu bl-elettriku fil-Belt Valletta.

• Sal-2023, it-trasport għan-nies li jużaw il-Park and Ride fi Blata l-Bajda għandu jkun jopera totalment bl-elettriku.

• Fil-futur qarib għandhom jiġu kkunsidrati iżjed żoni u pjazez pedonali, l-aktar il-partijiet ta’ Triq San Kristofru u Triq l-Arċisqof mill-Għassa tal-Pulizija tal-Belt attwali sal-Palazz tal-Isqof għall-Pjazza tal-Indipendenza, inkluż il-Pjazza nniffisha quddiem il-Pro-Katidral ta’ San Pawl.

• L-Għassa tal-Pulizija tal-Belt Valletta għandha tiġi rilokata f’post aħjar u iżjed ċentralizzat, jiġifieri f’Misraħ il-Ħelsien li attwalment huwa wieħed mill-iżjed postijiet mitluqa fil-Belt. Il-Gvern għandu jirriġenera dan il-binji spazjuż fid-daħla tal-Belt, li huwa tal-Gvern stess u li għandu bżonn jiġi rriġenerat. Huwa f’idejn il-Gvern biex jiddeċiedi l-aħjar riżultat għal dan il-binji li ilu fi stat ta’ abbandun għal diversi snin. L-Għassa tal-Pulizija tal-Belt Valletta se tkun iżjed adattata f’dan il-post.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta

  • Numru tat-Telefon
    21242018

  • Email
    [email protected]

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn!

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-aċċessibbiltà
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2025 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha huma riżervati

Another website by TheWebAlly Logo
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue to use this site we will assume that you are happy with it.