• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija Annwali fi Studio
      • Sħubija Temporanja fi Studjo
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
    • Il-Membri tal-Panel
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana
VCA-logo[1]

Tirritorna l-Malta Fashion Week 2023

Il-Malta Fashion Week ser tirritorna b’ġimgħa sħiħa ta’ ċelebrazzjoni tal-moda, inklużi l-Malta Fashion Awards li din is-sena jiċċelebraw il-25 sena mit-twaqqif tagħhom.​

Il-Malta Fashion Week ser tittella’ bejn it-3 u s-7 ta’ Lulju li ġej u l-post magħżul għal din is-sena huwa l-Funtana ta’ Tritoni u l-Ġnien tal-Biskuttin.

Din l-informazzjoni tħabbret waqt konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici u mill-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo, flimkien maċ-Ċermen tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, Jason Micallef u l-Fundatur u Producer tal-Malta Fashion Week, Adrian J. Mizzi.

Il-Ministru Owen Bonnici qal kemm il-kultura hi dinamika u taf toħloq diversi opportunitajiet li jkopru n-niċeċ kollha tal-ekonomija kreattiva. Tenna li dan l-avveniment isaħħaħ il-kalendarju kulturali ta’ pajjiżna u li l-gvern hu determinat li flimkien mas-settur privat jagħti iktar pjattaformi għat-talent lokali.  “Il-ħidma prinċipali tagħna ser tibqa’ dik li nkomplu nattiraw u ntellgħu avvenimenti kulturali fuq skala kbira f’pajjiżna. Dan filwaqt li nkomplu noffru l-opportunitajiet sabiex l-ekonomija kreattiva tkompli timraħ,” temm jgħid il-Ministru Bonnici.

Il-Ministru Clayton Bartolo rrimarka li l-Malta Fashion Week saret attrazzjoni importanti fil-kalendarju kulturali lokali. “Nifhmu li l-eżiġenzi tat-turisti tal-lum il-ġurnata huma prinċipalment marbutin ma’ esperjenza turistika li tkun waħda ta’ kwalità u diversifikata. Għalhekk jeħtieġ li nkomplu ninċentivaw attivitajiet bħall-Malta Fashion Week, li fuq numru ta’ jiem toffri l-opportunità biex turisti b’imħabba lejn id-dinja tal-moda jaraw il-potenzjal tat-talent Malti f’dan is-settur,” kompla jgħid il-Ministru Clayton Bartolo.

Dawk li ser jattendu l-Malta Fashion Week se jkunu jistgħu jesploraw kollezzjonijiet ġodda minn disinjaturi lokali stabbiliti u anke dawk ġodda, kif ukoll dawk internazzjonali. Fost il-pajjiżi barranin li ser jipparteċipaw insibu l-Italja, is-Serbja, l-Afrika ta’ Isfel, kif ukoll bħala ġest ta solidarjetà bħalma ġara s-sena l-oħra, l-Ukrajna ser tkun mistiedna speċjali.

Fost id-disinjaturi Maltin insibu lil Charles & Ron, Parascandalo, Yana’s Jewellery, Eversince li għall-ewwel darba ser jingħaqdu miegħu d-ditta Urban Jungle, Gagliardi, James Dimech u oħrajn. Kif ukoll Sultana, Lumija, Tolo, Double M u Captain’s Cut li ser jagħmlu d-debutt tagħhom waqt il-Fashion Week. Filwaqt li mis-Serbja nsibu lil Suzana Peric, mill-Italja Elisabetta Rende’ u mill-Ukrajna lil Paskal.

Fl-istess ħin, ġewwa l-Ġnien tal Biskuttin ser tittella’ esebizzjoni ta’ fotografija minn fotografi Maltin fosthom Kurt Paris, Brian Grech, Matthew B Spiteri, Kris Micallef, Darren Zammit Lupi, u oħrajn.

Nhar it-Tnejn 10 ta’ Lulju, ser jiġu ċċelebrati l-25 sena mit-twaqqif tal-Malta Fashion Awards permezz ta’ edizzjoni speċjali bil-Funtana ta’ Tritoni bħala l-isfond tal-palk fejn se jiġu ppremjati l-aqwa nies fis-settur tal-moda. Is-serata tibda minn ġewwa l-lukanda Phoenicia, permezz ta’ trażmissjoni tar-red carpet, u tkompli fit-tmienja u nofs ta’ filgħaxija biċ-ċelebrazzjoni tal-premjijiet. Din is-sena ser tkun kompletament differenti mis-snin ta’ qabel, għaliex din is-sena ser issir f’forma ta’ dokumentarju li ser iwassal l-istorja tal-moda lokali. It-titlu magħżul għal din is-sena huwa ‘The Untold Story’.

Il-Malta Fashion Week 2023 hija organizzata minn Adrian J Mizzi, bl-appoġġ ta’ Ftehim ta’ Sħubija għal Avvenimenti u Inizjattivi fuq Skala Kbira mal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, u bl-appoġġ ukoll tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu.

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn fuq is-sit www.maltafashionweek.com.

​

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta

  • Numru tat-Telefon
    21242018

  • Email
    [email protected]

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn!

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-aċċessibbiltà
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2025 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha huma riżervati

Another website by TheWebAlly Logo
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue to use this site we will assume that you are happy with it.