• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija Annwali fi Studio
      • Sħubija Temporanja fi Studjo
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
    • Il-Membri tal-Panel
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana
VCA-logo[1]
Photo Credits: Jonathan Borg

Jirritornaw iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Lejlet l-Ewwel tas-Sena fil-Belt Valletta

Wara nuqqas ta’ sentejn minħabba l-pandemija, din is-sena se jkunu qed jirritornaw fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta, iċ-ċelebrazzjonijiet nazzjonali ta’ Lejlet l-Ewwel tas-Sena. Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet se jibdew fit-8.30pm u jibqgħu għaddejjin sas-sigħat bikrin tas-sena l-ġdida.

Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici u ċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef.Il-Ministru Owen Bonnici sostna dwar kif dan il-programm imħejji għal Lejlet l-Ewwel tas-Sena fih varjetà ta’ artisti lokali eċċezzjonali. “Dan il-programm ma fihx biss varjetà mużikali iżda ser joffri l-opportunità lil diversi artisti biex juru t-talenti tagħhom fuq pjattaforma daqshekk kbira. Dawn l-aħħar sentejn kienu żminijiet li minħabba l-pandemija ma stajniex niċċelebraw tmiem l-Ewwel tas-Sena bħas-soltu. Imma fl-aħħar il-poplu Malti u Għawdxi jista’ jerġa’ jgawdi dan l-avveniment li hu tant għal qalb in-nies,” temm jgħid Owen Bonnici.

Iċ-Chairman Jason Micallef sostna li għal darb’oħra l-aġenzija se tkun qed ittella’ l-ikbar avveniment lokali ta’ lejlet l-Ewwel tas-Sena proprju fil-qalba tal-Belt Valletta.  Is-Sur Micallef qal li “Wara sentejn ta’ pandemija, ħerqana biex nerġgħu naraw din il-pjazza mimlija ħajja, briju u mużika sabiex flimkien nagħlqu din is-sena u nagħtu merħba lis-sena l-ġdida.”

Il-lejla se tibda b’mużika minn Kurt Calleja and Band, segwit mill-mistiedna speċjali The Brass House Unit taħt it-tmexxija ta’ Kevin Abela, u minn diversi kantanti lokali stabbiliti fosthom Aidan Drakard, Amanda Marie, Brooke, Gloriana Arpa Belli, Jasmine, Kevin Paul Calleja, Ludwig Galea, Owen Luellen, Ozzy Lino, Pawlu Borg Bonaci u Tiziana Calleja.

Eżatt qabel il-countdown, The Brass House Unit se jingħaqdu flimkien mad-DJ lokali  Debrii, sabiex iħejju l-folla miġbura fil-Belt Valletta kif ukoll lil dawk li se jkunu qed isegwu t-trasmissjoni diretta taċ-ċelebrazzjonijiet fuq l-istazzjonijiet televiżivi lokali minn ġewwa djarhom, għas-sena l-ġdida. Se jkun hemm ukoll logħob tan-nar sabiex tingħata merħba mill-isbaħ lis-sena l-ġdida. Iċ-ċelebrazzjonijiet jagħlqu b’set ta’ DJ Drey.

Ron, Taryn Mamo Cefai, Claire Agius Ordway u Clint Bajada se jkunu qed jippreżentaw din is-serata.

Iċ-ċelebrazzjonijiet Nazzjonali ta’ Lejlet l-Ewwel tas-Sena huma organizzati minn G7 bi Ftehim ta’ Sħubija għall-Avvenimenti u Inizjattivi fuq Skala Kbira mal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali l-Arti u l-Gvern Lokali.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta

  • Numru tat-Telefon
    21242018

  • Email
    [email protected]

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn!

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-aċċessibbiltà
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2025 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha huma riżervati

Another website by TheWebAlly Logo
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue to use this site we will assume that you are happy with it.