• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija Annwali fi Studio
      • Sħubija Temporanja fi Studjo
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
    • Il-Membri tal-Panel
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana
VCA-logo[1]
Photo Credits: Jonathan Borg (Zigli)

Tenishia u L-Orkestra Filarmonika Nazzjonali b’kunċert fil-Belt Valletta

Taħt id-direzzjoni ta’ Roderick Bugeja, l-udjenza tista’ tistenna taħlita ta’ siltiet popolari mill-ġeneri muzikali Trance u House, b’ kanzunetti minn artisti internazzjonali bħal Dash Berlin u Armin Van Buuren. Waqt dan il-kunċert se titfakkar ukoll il-memorja tal-kompożitur, surmast u mużiċista Taljan Ennio Morricone li miet ftit tal-jiem ilu. Jieħdu sehem ukoll il-kantanti lokali Ivan Grech, Brooke, AIDAN u Nicole Frendo, fi spettaklu bi produzzjoni ta’ Damian Mizzi u b’arranġamenti orkestrali ta’ Aurelio Belli. The Brass House Unit se jkunu qed jallegraw lill-udjenza qabel ma jibda l-kunċert.
 
Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, José Herrera, qal li “Dan il-kunċert se jkun l-ewwel avveniment kbir ġewwa l-Belt Valletta wara l-pandemija, opportunità biex in-nies terġa tibda’ tgawdi l-ħajja soċjali kif nafuha fil-Kapitali tagħna”. Tenna wkoll li “permezz tat-taħlita ta’ ġeneri mużikali u strumenti differenti, dan il-kunċert se joffri xi ħaġa għal kulħadd.”
 
Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli sostniet kemm hu mportanti li nżommu l-Belt Kapitali tagħna ħajja, u huwa għalhekk li l-Ministeru għat-Turiżmu qiegħed jinvesti bis-sħiħ dan is-sajf f’avvenimenti varji għal etajiet u ġeneri differenti f’kull sena sħiħa ta’ attivitajiet. “Biżżejjed naraw kif is-sena l-oħra biss rajna maż-2 miljuni u nofs turisti li żaru l-Belt Valletta u avvenimenti bħal dawn mhux biss jallegraw din il-Belt sabiħa tagħna, iżda jippromwovu wkoll it-talent lokali” stqarret Farrugia Portelli.
 
Iċ-Ċermen tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, Jason Micallef, qal li “ninsabu ħerqanin biex nilqgħu lill-pubbliku ġewwa l-Belt Valletta għal dan l-avveniment li mhux ta’ min jitilfu – kuncert li se jkompli jiġbed nies ta’ kull età lejn il-Belt bħala parti mill-ħidma tagħna lejn ir-riġenerazzjoni soċjali, kulturali u ekonomika tal-Belt Valletta, kif ukoll parti mil-legat ta’ Valletta 2018.”
 
Iċ-Ċermen tal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu Dr Gavin Gulia stqarr li “Dan l-avveniment huwa xhieda li l-Belt Valletta qiegħda terġa tieħu postha bħala ċ-ċentru tal-attivitajiet kulturali f’pajjiżna wara l-waqfa ikkawżata mill-pandemija tal-Covid. Kemm it-turisti kif ukoll l-udjenza lokali draw japprezzaw dak kollu li toffri l-Belt Valletta mill-aspett kulturali, u avvenimenti ta’ dan it-tip ikomplu jżidu fil-kwalita’ tal-prodott li l-belt diġa’ toffri f’ammont sostanzjali.”
 
Iċ-Ċermen tal-MPO, Sigmund Mifsud, qal li “Dan huwa wieħed mill-ewwel kunċerti fuq skala kbira tal-MPO wara l-COVID-19. Bħala organizzazzjoni kulturali, aħna dejjem nenfasizzaw li l-arti għandha tkun katalist biex tispira lin-nies. Wara li l-orkestra nediet il-programm onlajn tagħha waqt il-pandemija, dawn l-avvenimenti ħajjin għandhom l-għan li jimmotivaw lill-udjenzi biex issa jerġgħu jgawdu l-ħajja soċjali mill-ġdid. Għalhekk ninsabu kuntenti li se nikkollaboraw ma’ Tenishia għal din is-serata eklettika ta’ mużika elettronika u klassika.”
 
L-ewwel edizzjoni ta’ TEMPO, li saret fil-ftuħ ta’ Valletta 2018, il-Kapitali Ewropea tal-Kultura, kienet ta’ suċċess kbir fost il-pubbliku Malti, u għalhekk l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta u l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali qed jikkollaboraw flimkien għal darb’oħra biex tittella’ edizzjoni sajfija ta’ dan il-kunċert, bħala parti minn sensiela ta’ attivitajiet sajfin li qed jittellgħu ġewwa l-Belt Kapitali mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta. Dan l-avveniment qed jittella’ bl-appoġġ tal-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u l-Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur.
 
Għal aktar informazzjoni, żur il-paġna tal-Valletta Cultural Agency fuq Facebook.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta

  • Numru tat-Telefon
    21242018

  • Email
    [email protected]

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn!

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-aċċessibbiltà
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2025 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha huma riżervati

Another website by TheWebAlly Logo
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue to use this site we will assume that you are happy with it.