• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija Annwali fi Studio
      • Sħubija Temporanja fi Studjo
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
    • Il-Membri tal-Panel
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana
VCA-logo[1]

L’Alpino ta’ Carlo Diacono f’kunċert fit-Teatru Manoel

Se jittella’ kunċert tal-opra L’Alpino ta’ Carlo Diacono nhar il-Ġimgħa 31 ta’ Jannar 2025, fis-7:30pm, fit-Teatru Manoel, grazzi għal kollaborazzjoni bejn l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta u l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, Catherine Tabone tenniet: “Din il-produzzjoni għandha post speċjali f’qalbi, billi tiċċelebra lil Carlo Diacono—wieħed mill-kompożituri l-aktar sinifikanti ta’ Malta. Wara s-suċċess tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta fil-produzzjoni tar-Requiem ta’ Verdi f’Novembru li għadda, L’Alpino tkompli t-tradizzjoni tagħna ta’ eċċellenza artistika filwaqt li twiegħed li jwassal kull l-isfumatura emozzjonali tal-opra ta’ Diacono li tant hi rikka fil-melodija u l-armoniji kromatiċi tagħha.”

Il-Kap Eżekuttiv tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta, Vanessa Mangion qalet li “L-opra L’Alpino ta’ Carlo Diacono għandha għeruq sodi fil-kuntest storiku tal-Ewwel Gwerra Dinjija, kunflitt li biddel l-Ewropa u ħasad miljuni ta’ ħajjiet. In-narrattiva tal-opra tiżvolġi fl-isfond tal-battalji storiċi li wettqet l-armata Taljana kontra l-Austro-Ungeriżi u l-Ġermaniżi fl-Alpi u fid-Dolomiti. Dawn il-battalji kienu kkaratterizzati minn kundizzjonijiet ħorox, numru ta’ vittmi li dejjem jiżdied, u qliegħ strateġiku minimu. L-opra sservi bħala ġieħ għar-reżiljenza u s-sagrifiċċji ta’ dawk li ġġieldu u waqgħu f’wieħed mill-areni l-aktar koroh tal-Ewwel Gwerra Dinjija billi tgħaqqad il-ġlidiet personali tas-suldati Alpini mal-kuntest storiku usa’ tal-kampanja tal-Italja”

Taħt id-direzzjoni tas-Surmast Michael Laus, Direttur Residenti tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta, dan il-kunċert se jagħti l-ħajja lill-mużika orkestrata b’mod għani ta’ Diacono miktuba fl-istil verismo. Din ir-rappreżentazzjoni tgħaqqad l-eleganza tal-istili operistiċi tradizzjonali mar-reżonanza emozzjonali profonda. Barra minn hekk din tgħaqqad influwenzi mill-opra Taljana, Franċiża u Ġermaniża f’xogħol drammatiku u indimentikabbli.

Is-Surmast Michael Laus fil-fatt qal li “Ninsab ferħan li għandi l-opportunità li nwettaq dan ix-xogħol tant importanti mill-wirt operistiku rikk Malti tal-bidu tas-seklu għoxrin – xogħol li ilu ma jindaqq b’mod sħiħ għal kważi tmenin sena. Jien ċert li din se tkun esperjenza indimentikabbli kemm għal dawk li jħobbu l-opra kif ukoll għal dawk ġodda.”

Id-Direttur tal-Cappella Diacono, is-Surmast Ray Sciberras, tkellem dwar ix-xogħol tiegħu biex ġiet diġitizzata l-opera kollha li fiha tliet atti, minn kopja oriġinali tal-1918, miktuba bl-idejn u li partijiet minnha kienu mgħottijin. Dan ix-xogħol sar f’diskussjoni ma’ Carlo Baldini mill-Accademia Nazionale di Santa Cecilia.

“Dan huwa xogħol li għandna nkunu kburin bih għax ftit kompożituri Maltin jiktbu l-opera,” tenna Sciberras. “Għalkemm Diacono kien prolifiku ħafna fil-mużika tal-festi għall-orkestra u għall-baned, L’Alpino hija l-unika opera tiegħu li għandha intermezzo fin u delikat u tintemm bil-Coro dei Montanari fejn tinħoloq atmosfera liema bħalha u għalhekk din hija esperjenza li tassew ma għandhiex tintilef.”

Il-kast jinkludi l-aqwa talent vokali Malti: Is-Soprani Miriam Cauchi u Nicola Said bħala Nella u Anna Rosa rispettivament, it-tenur Alan Sciberras bħala Enzo, il-baxx baritone Louis Andrew Cassar bħala Andrea, u l-baxx Noel Galea bħala Franz. Mariaconcetta Calafiore u Anita Vella Bondin iżidu l-profondità bħala d-Due Compagne. Huma se jkunu ikkumplimentati mill-Kor Goldberg Ensemble, li jsaħħaħ it-tessut mużikali tas-serata.

Il-biljetti għal L’Alpino jvarjaw minn €9 sa €30. Irriserva postok fuq teatrumanoel.mt/event/lalpino/ jew billi ċempel (+356) 21246389.

L’Alpino qed tittella’ grazzi għall-kollaborazzjoni bejn l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta u l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta

  • Numru tat-Telefon
    21242018

  • Email
    [email protected]

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn!

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-aċċessibbiltà
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2025 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha huma riżervati

Another website by TheWebAlly Logo
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue to use this site we will assume that you are happy with it.