• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija Annwali fi Studio
      • Sħubija Temporanja fi Studjo
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
    • Il-Membri tal-Panel
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana
VCA-logo[1]
Photo Credits: Photoscopo Photos

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta u l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta jiffirmaw ftehim għal Maker Club ta’ kull xahar

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta (VCA) u l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta ffirmaw Memorandum ta’ Ftehim (MoU) biex jistabbilixxu Maker Club li jsir kull xahar għall-abitanti tal-Belt Valletta, fil-Valletta Design Cluster.

Din l-inizjattiva tifforma parti mill-impenn kontinwu taż-żewġ entitajiet biex jinvestu fil-kreattività komunitarja, it-tagħlim tul il-ħajja, u l-parteċipazzjoni kulturali aċċessibbli fiċ-ċentru tal-kapitali.

Il-Memorandum ta’ Ftehim ġie ffirmat mill-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, Catherine Tabone, u mis-Sindku tal-Belt Valletta, Olaf McKay.

Waqt li indirizzat il-midja, l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, Catherine Tabone, qalet li “il-Valletta Design Cluster inħoloq bħala spazju għall-ideat, il-ħolqien u l-komunità. Permezz ta’ din il-kollaborazzjoni, qed nagħtu lill-abitanti tal-Belt — żgħar u kbar — l-għodod biex jesploraw, jitgħallmu u jingħaqdu. Il-Maker Club huwa mezz sempliċi imma qawwi biex inżommu l-ispirtu kreattiv tal-Belt ħaj u dejjem jikber.”

Is-Sindku tal-Belt Valletta, Olaf McKay, qal li “din l-inizjattiva hija dwar in-nies. Toffri lill-anzjani tagħna l-opportunità li jibqgħu attivi u lit-tfal iċ-ċans li jitgħallmu permezz tal-kreattività prattika. Jiena kburi li bħala Kunsill Lokali qed naħdmu id f’id mal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta biex inwasslu dan il-proġett għall-komunità tagħna. Il-Maker Club se jkun spazju fejn ġenerazzjonijiet jiltaqgħu, jaqsmu u jikbru flimkien — proprju hawnhekk fiċ-ċentru tal-belt tagħna.”

Il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta u l-Aġenzija jiddikjaraw li huma impenjati, fost affarijiet oħra, li jikkollaboraw biex jistabbilixxu dan il-Msker Club, immirat b’mod partikolari lejn residenti anzjani u familji bi tfal bejn it-8 u l-15-il sena. L-inizjattiva għandha l-għan li toħloq spazju kreattiv u soċjali għall-anzjani biex jipparteċipaw f’attivitajiet prattiċi; tintroduċi lit-tfal għall-artiġjanat permezz ta’ workshops interattivi, u tħeġġeġ it-tagħlim interġenerazzjonali permezz ta’ attivitajiet konġunti li jippromwovu d-djalogu, il-ħiliet kondiviżi u l-għaqda komunitarja.

Il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta se jappoġġja l-programm billi jinvolvi lir-residenti u jassisti bil-faċilitazzjoni tal-aċċess, filwaqt li l-Aġenzija, permess tal-Valletta Design Cluster, se tipprovdi l-ispazju, l-għodod u l-faċilitazzjoni, kif stipulat fit-termini tal-Memorandum ta’ Ftehim.

Il-Maker Club se joffri sessjonijiet prattiċi u workshops kollaborattivi f’oqsma bħad-disinn, l-artiġjanat, il-fabbrikazzjoni diġitali, is-sostenibbiltà u l-innovazzjoni, billi juża l-faċilitajiet kompluti tal-Valletta Design Cluster. Il-programm huwa mfassal biex ikun inklussiv, immexxi mill-komunità u interġenerazzjonali, li joffri lill-abitanti tal-Belt il-possibbiltà li jesploraw ħiliet ġodda u joħolqu flimkien f’ambjent ta’ sostenn u milqugħ.

Għal aktar dettalji, żur is-sit elettroniku u l-paġna ta’ Facebook tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta

  • Numru tat-Telefon
    21242018

  • Email
    [email protected]

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn!

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-aċċessibbiltà
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2025 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha huma riżervati

Another website by TheWebAlly Logo
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue to use this site we will assume that you are happy with it.