• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija Annwali fi Studio
      • Sħubija Temporanja fi Studjo
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
    • Il-Membri tal-Panel
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana
VCA-logo[1]
Photo Credits: Josmar Muscat

Kollox jinsab lest għall-avveniment ta’ lejliet l-ewwel tas-sena fil-Belt Valletta

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti, u l-Gvern Lokali Owen Bonnici u ċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef ħabbru l-aħħar pjanijiet loġistiċi qabel l-avveniment ta’ nhar il-Ħadd li ġej fi Pjazza San Ġorġ li jimmarka l-għeluq tal-2023 u l-bidu tal-2024. Dan huwa l-ikbar avveniment tal-aħħar tas-sena f’pajjiżna, fejn mistenni li jattendu ‘l fuq minn 50,000 persuna għalih. Matulu se jkunu qed jipparteċipaw ħafna artisti lokali u kollox se jibda fit-8:30pm u jibqa’ għaddej sas-2am.

Il-Ministru Owen Bonnici qal kif dan l-avveniment tal-aħħar tas-sena huwa l-isbaħ mod kif wieħed jilqa’ s-sena l-ġdida. “Kemm hi ħaġa sabiħa li jittellgħu avvenimenti bħal dawn li jagħtu pjattaforma lit-talent lokali waqt li jġibu l-poplu Malti flimkien”, qal il-ministru. Iċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef sostna li jinsab onorat li għal darb’oħra se jkun qed jittella’ l-ikbar avveniment lokali ta’ lejlet l-Ewwel tas-Sena proprju fil-qalba tal-Belt Valletta. Jason Micallef  appella lill-pubbliku sabiex lejliet l-ewwel tas-sena jżur il-belt kapitali tagħna u jattendi għal dan l-avveniment bla ħlas sabiex igawdi minn atmosfera mill-isbaħ ta’ briju u mużika u flimkien nagħlqu din is-sena u nagħtu merbħa lis-sena l-ġdida bil-kbir.

Il-lejla se tibda b’Lara and the Jukeboys band. Wara mbagħad se tieħu r-riedni f’idejha The Palace String Orchestra mmexxija minn Ryan Paul Abela flimkien ma’ line up ta’ wħud mill-aqwa kantanti lokali li fosthom se hemm AIDAN, Drakard, Klinsmann, Jasmine, Megan May, Sarah Bonnici kif ukoll Emma Muscat bħala mistiedna speċjali. Dawn se jkunu qed ikantaw uħud mill-aqwa kanzunetti li ħarġu din is-sena u anki oħrajn li llum huma meqjusin bħala klassiċi. Eżatt qabel il-countdown imbagħad, il-preżentaturi flimkien ma’ Dj Koroma u Dj Miggy se jkunu qed iferrħu lill-folla fil-Belt u lil dawk li se jkunu qed isegwu live fuq l-istazzjonijiet televiżivi lokali, b’mużika mill-aqwa, b’effetti speċjali fuq il-palk u b’logħob tan-nar sabiex jingħata bidu kif jixraq lis-sena 2024.

Ron, Taryn Mamo Cefai u Keane Cutajar se jkunu qed jippreżentaw din is-serata. Se jkun hemm ukoll servizzi speċjali tat-trasport pubbliku b’sigħat miżjuda, bil-għan li tiżdied l-aċċessibilità u l-kumdità għal dawk kollha li se jżuru l-belt kapitali. Barra minn hekk il-lift pubbliku se jkun qed jaħdem sa tard. Iċ-ċelebrazzjonijiet Nazzjonali ta’ Lejliet l-Ewwel tas-Sena huma organizzati minn G7 Events bi Ftehim ta’ Sħubija għal Avvenimenti u Inizjattivi fuq Skala Kbira mal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali l-Arti u l-Gvern Lokali bl-appoġġ tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. Żur is-sit web vca.gov.mt u l-paġna ta’ Facebook tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta għal aktar informazzjoni.

Skeda tat-trasport pubbliku: https://www.publictransport.com.mt/en/news-details/expanded-services-for-new-years-eve-celebrations-in-valletta

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta

  • Numru tat-Telefon
    21242018

  • Email
    [email protected]

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn!

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-aċċessibbiltà
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2025 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha huma riżervati

Another website by TheWebAlly Logo
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue to use this site we will assume that you are happy with it.