• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija Annwali fi Studio
      • Sħubija Temporanja fi Studjo
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
    • Il-Membri tal-Panel
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana
VCA-logo[1]

Jirritorna l-kunċert fil-miftuħ Opera in the Capital

Nhar is-Sibt 6 ta’ Settembru, jirritorna Opera in the Capital — kunċert spettakolari fl-apert fi Pjazza San Ġorġ, li jwiegħed serata ta’ mużika li tgħaqqad flimkien l-opra, soundtracks ta’ films, teatru mużikali, u aktar.

Jieħdu sehem it-tenuri magħrufa Alan Sciberras u Cliff Zammit Stevens, flimkien mal-artista versatili Nadine Axisa. Il-prestazzjonijiet tagħhom se jingħataw il-ħajja mill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta, taħt id-direzzjoni ta’ Ryan Paul Abela.

Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici qal, “Opera in the Capital hija ċelebrazzjoni tal-arti tal-mużika u tal-wirt kulturali uniku tal-Belt Valletta. Dan l-avveniment se joffri esperjenza mużikali mill-isbaħ permezz ta’ siltiet operistiċi magħżula, li se jinstemgħu fl-isfond sabiħ u storiku tal-arkitettura tal-Belt. Lejla bħal din tkompli tagħti ħajja lill-Belt bħala ċentru kulturali.”

Iċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, Jason Micallef flimkien mal-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, ħabbru dan l-avveniment fi Pjazza San Ġorġ, fil-Belt Valletta, waqt konferenza stampa dalgħodu.

Iċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta Jason Micallef qal, “Opera in the Capital 2025 jimmarka l-ħames edizzjoni ta’ din is-sensiela ta’ kunċerti tant maħbuba, wara s-suċċess notevoli tas-snin imgħoddija. Huwa wieħed mill-ħafna avvenimenti ta’ kwalità għolja li l-VCA ġġib fil-qalba tal-Belt Valletta — ċelebrazzjoni tas-sbuħija tal-belt u tweġiba għad-domanda dejjem tikber għal esperjenzi kulturali fil-beraħ. B’postijiet limitati disponibbli, inħeġġeġ lill-pubbliku biex jiżgura postu kmieni.”

Opera in the Capital hija aktar minn kunċert — hija ċelebrazzjoni ta’ vuċijiet b’saħħithom u mużika li tolqot ġenerazzjonijiet differenti.

Il-programm jiċċelebra mużika minn ġeneri differenti — minn kapolavuri operistiċi bħal Nessun Dorma, Ah! Lève-Toi Soleil, u Kuda Kuda, għal klassiċi ikoniċi tal-films bħal Sè (Cinema Paradiso) u Parla Più Piano (The Godfather). Jinkludi wkoll siltiet favoriti tat-teatru mużikali inklużi Come What May (Moulin Rouge) u New York, New York, flimkien ma’ suċċessi popolari bħal Caruso u Quando Quando.

Aqra aktar jew segwi l-paġna tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta fuq Facebook.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta

  • Numru tat-Telefon
    21242018

  • Email
    [email protected]

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn!

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-aċċessibbiltà
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2025 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha huma riżervati

Another website by TheWebAlly Logo
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue to use this site we will assume that you are happy with it.