• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija Annwali fi Studio
      • Sħubija Temporanja fi Studjo
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
    • Il-Membri tal-Panel
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana
VCA-logo[1]

Jirritorna d-Duo Ikoniku Chasing Pandora

Fix-xahar ta’ Novembru se jirritorna d-duo ikoniku tal-kantawturi tant magħrufa, Chasing Pandora.

B’reazzjoni għall-ħafna talbiet mis-segwaċi tagħhom, l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta qed tħabbar il-kunċert tant mistenni bl-isem ta’ Chasing Pandora – Rendezvous, li se jsir nhar il-Ġimgħa l-10 ta’ Novembru fit-8pm, fil-lukanda Embassy, il-Belt Valletta.

Chasing Pandora ser ikunu qed iġeddu memorji għeżież ħafna għall-udjenza tagħhom, hekk kif dan il-kunċert se jkun wieħed mimli nostalġija fejn id-duo se jkunu qed iżuru l-aktar suċċessi emblematiċi tagħhom. Din is-serata għalhekk żgur se tibqa’ mnaqqxa fil-qlub ta’ dawk kollha li jattendu. Bit-titlu tiegħu, Rendezvous, dan l-avveniment għalhekk se jiggarantixxi esperjenza mużikali mingħajr paragun.

Magħrufa għall-ħila tagħhom li joħolqu konnessjonijiet intimi fi ħdan teatri varji, Chasing Pandora ser jagħtu prestazzjoni mimlija emozzjonijiet u rakkonti. Il-vjaġġ mużikali se jaqsam l-evoluzzjoni tal-ħoss tagħhom, li jinkludi siltiet mill-ewwel album tagħhom ‘Mocking the Mockingbird’ u l-album ta’ warajh ‘The Driver and the Dancer’. Apparti l-kanzunetti l-klassiċi tagħhom,   dawk li se jattendu se jisimgħu wkoll cover versions ta’ diversi kanzunetti, poeżiji oriġinali, u siltiet oħra mir-repertorju tant maħbub tagħhom.

Jakkumpanjaw lil Chasing Pandora fuq il-palk se jkun hemm line-up impressjonanti ta’ mużiċisti, fosthom Danny Magro fuq il-kitarra, Ismael Azzopardi fuq il-keyboards, Steve Magro fuq il-bass, u Pawlu Portelli fuq id-drums. Flimkien ser joħolqu sinfonija ta’ ħoss li bla dubju se tqanqal il-qlub ta’ dawk kollha li jattendu.

Id-dħul għal dan l-avveniment huwa bla ħlas. Dan bil-għan li l-mużika li kważi ssaħħrek ta’ Chasing Pandora tibqa’ aċċessibbli għal kulħadd.

Għalhekk ingħaqad magħna nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Novembru fit-8pm, fil-lukanda Embassy, il-Belt Valletta għal prestazzjoni indimentikabbli minn Chasing Pandora.

Dan l-avveniment qed jiġi organizzat bħala parti mill-programm għal Strada Stretta imtella’ mill-Aġenzja Kulturali għall-Belt Valletta.

Għal aktar informazzjoni żur il-paġna tal-avvenimenti u l-paġna ta’ Facebook.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta

  • Numru tat-Telefon
    21242018

  • Email
    [email protected]

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn!

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-aċċessibbiltà
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2025 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha huma riżervati

Another website by TheWebAlly Logo
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue to use this site we will assume that you are happy with it.