• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija Annwali fi Studio
      • Sħubija Temporanja fi Studjo
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
    • Il-Membri tal-Panel
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana
VCA-logo[1]

Jinfetħu l-Isħubijiet Ibbażati fi Studjos għall-Kreattivi

Il-komunità kreattiva tal-Valletta Design Cluster tkompli tikber

Kreattivi, disinjaturi, intraprendituri, u freelancers f’dixxiplini u prattiki kreattivi issa jista’ jkollhom bażi operattiva fil-qalba tal-kapitali Maltija, grazzi għall-iskema ta’ sħubija bbażata fl-istudjos tal-Valletta Design Cluster, li issa tinsab miftuħa.

Il-Cluster qed joffri sħubijiet differenti li joffru flessibbiltà skont il-bżonnijiet ta’ kwalunkwe kreattiv jew grupp, permezz ta’ skemi annwali iżda wkoll fuq perjodi iqsar. Flimkien ma’ aċċess esklussiv għal studjo, is-sħubija toffri aċċess għal faċilitajiet moderni, inkluż Makerspace attrezzat b’tagħmir u spazju għal xogħol bl-injam, il-metall, l-elettronika, it-tessuti, stampar 3D, flimkien ma’ riżorsi għall-esplorazzjoni, esperimentazzjoni, u l-ħolqien. Il-Foodspace huwa disponibbli wkoll għal dawk kreattivi fil-kċina, u joffri żewġ kċejjen ta’ livell industrijali għall-esperimentazzjoni u l-prototipi.

NGOs, intrapriżi ġodda, u mikro-intrapriżi li qed jesploraw proġetti fl-arkitettura, il-moda, ir-robotika, jew disinn tal-prodott, fost oħrajn, jistgħu jgawdu minn dak kollu li għandu x’joffri l-Cluster permezz ta’ din is-sejħa għal sħubija, waqt li individwi jistgħu wkoll jingħaqdu biex jaqsmu studjo bejniethom. Hekk kif il-komunità ta’ membri tkompli tikber, bl-istess mod jikbru l-opportunitajiet għall-kollaborazzjoni u l-iskambju ta’ ideat.

Il-Valletta Design Cluster jistieden persuni interessati jattendu għal sessjonijiet miftuħa għal min jixtieq iżur l-istudjos kull nhar ta’ Ħamis wara nofsinhar, sal-għeluq tal-applikazzjonijiet nhar il-Ġimgħa, 30 ta’ Ġunju, f’nofsinhar.

Il-Valletta Design Cluster, li jifforma parti mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt, ħerqan biex jilqa’ membri ġodda fil-komunità tiegħu, biex inkomplu nibnu spazju intiż biex irawwem il-kollaborazzjoni u l-esperimentazzjoni fil-prattiki kulturali u kreattivi.

L-applikanti jistgħu jiksbu iktar informazzjoni dwar l-eliġibbiltà, il-proċess ta’ għażla, linji gwida, u kundizzjonijiet fuq din il-paġna. Domandi jistgħu jintbagħtu fuq [email protected].

 

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta

  • Numru tat-Telefon
    21242018

  • Email
    [email protected]

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn!

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-aċċessibbiltà
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2025 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha huma riżervati

Another website by TheWebAlly Logo
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue to use this site we will assume that you are happy with it.