• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija Annwali fi Studio
      • Sħubija Temporanja fi Studjo
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
    • Il-Membri tal-Panel
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana
VCA-logo[1]

Il-VCA tippreżenta Prestazzjoni Storika tar-Requiem ta’ Verdi

Magħrufa għar-ritmi rigorużi, melodiji uniċi, u mużika li tqanqal l-emozzjonijiet, ir-Requiem ta’ Verdi hija meqjusa bħala xogħol monumentali fir-repertorju sagru u korali.

Organizzata mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, din il-produzzjoni tal-għola kwalità ser titella’ nhar is-Sibt 23 ta’ Novembru 2024, f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, l-Belt Valletta. Ir-Requiem ta’ Verdi se jlaqqa’ flimkien il-forzi mużikali ta’ żewġ korijiet—il-Kor prestiġjuż tal-Accademia Nazionale di Santa Cecilia minn Ruma li jinkludi 40 korist u KorMalta magħmul minn 20 korist.

Iż-żewġ korijiet ser ikunu akkumpanjati mil-Malta Philharmonic Orchestra u ma’ erba’ solisti eċċezzjonali: Is-Sopran Anna Pirozzi — vuċi familjari fl-aktar teatri tal-opra prestiġjużi tal-Ewropa — fosthom  Covent Garden, Teatro dell’Opera di Roma, Vienna Staatsoper, Paris Opera, u La Fenice f’Venezja. Magħha se jingħaqdu żewġ solisti Maltin – il-mezzosopran Marvic Monreal, li għadha kif għamlet debutt notevoli fit-Teatro del Maggio Musicale Fiorentino u t-tenur Alan Sciberras, magħruf għar-rwoli tiegħu fi produzzjonijiet tal-opra fl-Italja u f’Malta u li d-debutt tiegħu fir-Requiem ta’ Verdi huwa mistenni ħafna. Jingħaqad ukoll mal-kast huwa l-baxx-baritonu Żvediż John Lundgren, iċċelebrat għall-vuċi drammatika u r-rwoli emblematiċi tiegħu. Taħt id-direzzjoni tas-surmast ta’ fama internazzjonali Pier Giorgio Morandi, dan l-avveniment iwiegħed lejla li mhux ser tintesa malajr.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Palazz tal-Gran Mastru, l-Belt Valletta, il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici faħħar din l-inizjattiva kulturali għaliex se toffri esperjenza unika lill-pubbliku u tkompli tpoġġi lil Malta fuq il-mappa kulturali internazzjonali.

“Din il-prestazzjoni tar-Requiem ta’ Verdi, li se tittella’ permezz ta’ kollaborazzjoni ma’ artisti stabbiliti u orkestra ta’ kalibru għoli, hija xhieda ta’ kemm aħna impenjati li nġibu espressjonijiet artistiċi ta’ livell internazzjonali lejn pajjiżna,” qal il-Ministru Bonnici. “Din hija aktar minn prestazzjoni; hija ċelebrazzjoni ta’ mużika li tgħaqqad, toħloq emozzjonijiet, u tħalli impatt li se jibqa’ fit-tifkira tal-parteċipanti u tal-udjenza.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Catherine Tabone, stqarret: “Ir-Requiem ta’ Verdi għandha post sinifikanti fil-kalendarju kulturali tal-Belt Valletta. Din il-kollaborazzjoni bejn solisti ta’ kalibru mondjali, l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta, KorMalta, u l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta tgħolli l-isem tal-Belt kapitali tagħna bħala ċentru għal avvenimenti kulturali internazzjonali. Aħna kburin li ser nospitaw xogħol ikoniku bħal dan, li juri t-talent u d-dedikazzjoni ta’ dawk kollha involuti”.

Iċ-Chairperson tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta Odette Vassallo esprimiet is-sodisfazzjon tagħha li qed jipparteċipaw f’din il-produzzjoni mill-aqwa tar-Requiem ta’ Verdi. Hija enfasizzat l-impenn tagħha għall-kollaborazzjoni u s-sinifikat tar-rwol tagħhom flimkien mas-solisti u l-Kor rinomat tal-Accademia Nazionale di Santa Cecilia, kif ukoll ma’ KorMalta li jsaħħaħ l-istatus tal-Belt Valletta bħala palk kulturali internazzjonali prestiġjuż.

Miktub b’tifkira tal-poeta Taljan Alessandro Manzoni, dan ix-xogħol tant iċċelebrat jgħaqqad il-qawwa drammatika u l-profondità emozzjonali. Dan l-avveniment jippreżenta opportunità unika għal min iħobb il-mużika klassika biex jesperjenza r-Requiem ta’ Verdi interpretata minn uħud mill-aqwa artisti fid-dinja.

Il-biljetti għal dan l-avveniment mużikali notevoli huma disponibbli fuq: https://www.showshappening.com/mcc/VERDI-REQUIEM.

Għal aktar informazzjoni, żur is-sit elettroniku tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta u l-paġna tagħha fuq Facebook.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta

  • Numru tat-Telefon
    21242018

  • Email
    [email protected]

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn!

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-aċċessibbiltà
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2025 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha huma riżervati

Another website by TheWebAlly Logo
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue to use this site we will assume that you are happy with it.