• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija Annwali fi Studio
      • Sħubija Temporanja fi Studjo
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
    • Il-Membri tal-Panel
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana
VCA-logo[1]
Photo Credits: Josmar Muscat

Il-VCA tniedi l-Programm Kulturali b’aktar minn 100 avveniment matul is-sena

Tnieda l-Programm Kulturali għall-2024, tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, liema programm huwa miżgħud b’avvenimenti kulturali ta’ livell għoli fil-qalba tal-Belt Valletta u fil-Port il-Kbir.

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici qal, “Dan il-programm se jkun qed joffri spettaklu diversifikat bis-sehem ta’ bosta artisti lokali u internazzjonali, propju fil-qalba tal-Belt Valletta.  Investiment dirett u kontinwu fis-settur kulturali u kreattiv li qiegħed ikompli jiżviluppa u jikber, b’tali mod li qed isir dejjem iktar aċċessibbli għall-artisti, il-kreattivi u s-soċjetà tagħna kollha kemm hi.”

Iċ-Chairperson  tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micalled sostna, “L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta fasslet bir-reqqa programm mill-qalb biex tiċċelebra stadju importanti fil-vjaġġ tagħha – il-ħames anniversarju mill-bidu tal-Aġenżija. L-impenn ma jaqta’ xejn tagħna li nwasslu kultura ta’ kwalità lil kulħadd huwa b’saħħtu iżjed minn qatt qabel.”

Il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Catherine Tabone spjegat, “Fis-snin li għaddew, il-VCA kkultivat diversi kollaborazzjonijiet kulturali kemm internazzjonali kif ukoll lokali u din is-sena ser tkompli tagħmel dan permezz tar-Requiem ta’ Verdi fost ħafna proġetti oħra. Permezz ta’ dan, l-Aġenzija tkompli tikkonferma l-missjoni tagħha li tagħti vuċi lill-kultura fid-diversi forom tagħha għal kulħadd”.

Tħabbar ukoll li fost il-produzzjonijiet ġodda ser titella’ L-Għanja li Ħadd Ma Jsikket – Ray Mahoney – li tfakkar wieħed mill-ġganti fil-letteratura u l-poeżija Maltija. Din is-sena ser naraw ukoll il-Valletta Pageant of the Seas – festival fil-Port il-Kbir li jiġi organizzat kull sentejn kif ukoll r-Requiem ta’ Verdi, avveniment ewlieni fil-programm li qed jittella’ b’kollaborazzjoni mal-Kor prestiġjuż tal-Accademia Nazionale di Santa Cecilia ta’ Ruma. Dan ser jingħaqad ma’ KorMalta, il-Malta Philharmonic Orchestra u erba’ solisti – tnejn minnhom Maltin – stabbiliti fix-xena internazzjonali.

Matul il-Ġimgħa Mqaddsa ser tittella’ installazzjoni tradizzjonali permezz ta’ mijiet ta’ fjakkoli fi Pjazza San Ġorġ filwaqt li ser nassistu għall-produzzjoni mtella’ mill-personalitajiet teatrali magħrufa Joseph Galea u Carlos Farrugia. Filwaqt li tmur lil hinn mit-tradizzjonali, Tarah Wiċċ Alla tgħaddi messaġġ favur id-donazzjoni tal-organi – dramm li jorbot l-arti mas-sejħa vitali tal-ħajja.

L-10 edizzjoni tal-Valletta Green Festival ser jiġi ċċelebrat f’Mejju u ser jinħoloq ġnien fantastiku f’wieħed mill-ispazji miftuħa ewlenin tal-Kapitali. Il-Programm Kulturali jinkludi bosta kollaborazzjonijiet oħra fuq skala kbira li ftit li xejn jeħtieġu introduzzjoni fosthom Opera in the Capital u l-Valletta Local Food Festival, kif ukoll bosta esibizzjonijiet, kunċerti u produzzjonijiet teatrali. L-Aġenzija se tkun qed taħdem ukoll fuq esibizzjoni retrospettiva li tinkludi madwar 30 xogħol figurattiv u astratt tal-artist lokali Anthony Spagnol. Il-programm ta’ Strada Stretta jkompli bi Tribute to the Roots, il-wirja Simple Expressions of Complex Thoughts, Soundscapes, Imnarja Kubana, Strait to the Blues, Definitely Dylan, Strada Stretta Styles u Holidays Rock! Sadanittant, il-Valletta Design Cluster ikompli jwaħħad l-arti u d-disinn u jistieden lid-disinjaturi, studenti u kull minn hu midħla tal-qasam biex jissieħeb f’dan il-programm ta’ taħdidiet, korsijiet u ħafna aktar.

Għal aktar informazzjoni dwar l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta u l-Programm Kulturali tagħha żur vca.gov.mt/mt/events u l-paġna ta’ Facebook tal-Aġenzija.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta

  • Numru tat-Telefon
    21242018

  • Email
    [email protected]

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn!

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-aċċessibbiltà
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2025 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha huma riżervati

Another website by TheWebAlly Logo
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue to use this site we will assume that you are happy with it.