• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija Annwali fi Studio
      • Sħubija Temporanja fi Studjo
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
    • Il-Membri tal-Panel
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana
VCA-logo[1]

Mħabbra Dettalji tas-Serata televiżiva ta’ Lejliet l-Ewwel tas-Sena

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta flimkien mal-Ministeru għall-Wirt Kulturali, l-Arti u l-Gvern Lokali, llum taw dettalji tal-ispettaklu ta’ tliet sigħat waqt konferenza stampa fi Pjazza D’Armi, il-Forti Sant’Iermu. Minħabba l-miżuri tas-sigurtà kontra l-Pandemija Covid-19, l-ispettaklu mhux miftuħ għall-pubbliku u se jkun dirett fuq it-televiżjoni mill-10pm sas-1am.

Is-serata tinkludi l-Palace String Orchestra li hija magħmulha minn 12-il mużiċist taħt id-direzzjoni ta’ Ryan Paul Abela, u li ser tkun akkumpanjata minn uħud mill-aqwa artisti Maltin fosthom Amber, Aidan, Jasmine u Kevin Paul. Is-serata tinkludi wkoll lit-tim lokali magħruf Min Imissu? Is-semifinalisti ta’ Britain’s Got Talent l-Ember Trio se jkunu qed jesegwixxu f’postijiet ikoniċi tal-Belt Valletta fosthom ġewwa l-kon-katidral ta’ San Ġwann u huma l-qofol tal-ispettaklu. L-ispettaklu se jkun ippreżentat minn Ben Camille, flimkien ma’ Andreana DeBattista.

Wirja speċjali ta’ logħob tan-nar mill-Port il-Kbir u l-inħawi ser titella’ f’nofsillejl.

Il-Valletta National New Year’s Eve 2021 Variety Show qed jiġi organizzat mill-G7 Events, bl-appoġġ tal-Ftehim ta’ Sħubija għal avvenimenti fuq skala kbira u inizjattiva mal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Valletta fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, Kultura u Gvern Lokali.

Il-Ministru Jose Herrera tenna, “Il-kuraġġ u r-reżiljenza li urejna bħala nazzjon matul l-2020 ser iwassluna biex l-2021 tkun waħda li rridu nħarsu lejha b’mod pożittiv, b’aspirazzjoni u b’determinazzjoni li nerġgħu naqbdu t-triq tan-normalità. Huwa għalhekk li nemmnu li din l-inizjattiva hija waħda importanti għaliex filwaqt li qiegħdin nadattaw għar-realtà preżenti xorta waħda ser inkunu qiegħdin nagħtu spettaklu televiżiv li jilħaq l-għola livell lill-pubbliku Malti”.

Iċ-Ċermen tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef qal, “Minħabba s-sitwazzjoni preżenti tal-Pandemija Covid-19, iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ lejliet l-Ewwel tas-Sena din is-sena ser iseħħu bħala spettaklu lajv fuq it-tliet stazzjonijiet prinċipali TVM, One u Net fi spettaklu ta’ għaqda nazzjonali. L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta għamlet biċ-ċert li tkompli tgħolli l-moral waqt lejla speċjali b’avveniment ieħor ta’ kwalità mill-Forti Sant’Iermu u postijiet oħra fil-Belt Valletta, filwaqt li noħolqu tama għas-sena li ġejja”.

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta

  • Numru tat-Telefon
    21242018

  • Email
    [email protected]

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn!

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-aċċessibbiltà
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2025 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha huma riżervati

Another website by TheWebAlly Logo
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue to use this site we will assume that you are happy with it.