start date November 23, 2024
map icon Il-Belt Valletta

Ir-Requiem ta’ Verdi

23/11/2024
7:30 PM to 9:00 PM
Dar il-Mediterran Għall-Konferenzi, Il-Belt Valletta

Ir-Requiem ta’ Verdi

A photo in black and white showing the brand identity of Verdi Requiem

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta bi pjaċir tippreżenta kunċert tar-Requiem ta’ Verdi, bil-parteċipazzjoni tal-Kor tal-Accademia Nazionale di Santa Cecilia minn Ruma.

Il-postijiet huma limitati. Irriserva postok issa!

Magħmula minn 60 korist, din l-istituzzjoni Taljana ta’ eċċellenza tingħaqad mal-Malta Philharmonic Orchestra u KorMalta għal serata mużikali li tagħti l-ħajja lill-kapolavur etern ta’ Verdi.

Din il-kollaborazzjoni mużikali indimentikabbli tinsab taħt it-tmexxija tal-Maestro Pier Giorgio Morandi, u bil-parteċipazzjoni tas-solisti internazzjonali Anna Pirozzi u John Lundgren, u s-solisti lokali Marvic Monreal u Alan Sciberras.