start date January 28, 2022
map icon Il-Belt Valletta

TNAX: Lenti fuq il-Belt

28/01/2022 - 27/02/2022
1:30 AM to 11:30 PM
Is-Suq Tal-Belt, Il-Belt Valletta

TNAX: Lenti fuq il-Belt

Bejn it-28 ta’ Jannar u s-27 ta’ Frar ser tittella’ wirja fotografika fuq skala żgħira li turi r-ritratti rebbieħa tal-kompetizzjoni tal-proġett TNAX f’Is-Suq tal-Belt.

TNAX hija wirja fotografika kkurata li turi ritratt kull xahar fi Triq San Ġwann, il-Belt Valletta. Permezz tal-kompetizzjoni TNAX, il-VCA stiednet lil kulħadd biex jinterpreta dawn is-suġġetti mill-ġdid – Believers, Never Look Back, Metropolitan u Music in the City – permezz tal-fotografija.