Grupp ta’ għaxra mill-aqwa mużiċisti Maltin u session artists mir-Renju Unit jingħaqdu taħt id-direzzjoni kreattiva tal-kompożitur u mużiċist li jdoqq diversi strumenti, Kyle Drakard f’dan ix-xenarju mużikali li jinseġ il-mużika Jazz, Rock, World Music, Funk u aktar. Soundscapes hija serata ta’ armoniji u vjaġġ mill-isbaħ ma’ dawn il-mużiċisti bravi.