Il-vjolinist, sassofonist u kompożitur magħruf George Curmi il-Puse’, flimkien ma’ seba’ mużiċisti eċċezzjonali, se jagħtu spettaklu b’tiżwieqa dinamika ta’ jazz u kompożizzjonijiet oriġinali, li jagħtu ġieħ lill-ħoss leġġendarju ta’ Strada Stretta. Dan il-kunċert jiċċelebra l-wirt mużikali rikk u mżewwaq ta’ “The Gut” u l-artisti emblematiċi tiegħu, filwaqt li jgħaqqad il-passat u l-preżent.