start date April 10, 2024
map icon

Kevin Abela and Carl Bee LIVE: A Musical Journey

10/04/2024
8:00 PM to 9:30 PM
Teatru Manoel

Kevin Abela and Carl Bee LIVE: A Musical Journey

An image

Kevin Abela u Carl Bee qed jingħaqdu għal proġett kollaborattiv, li jgħaqqad il-ħiliet mużikali mal-15-il sena ħbiberija tagħhom. Dan l-avveniment storiku fit-Teatru Manoel jikkonsisti f’Kunċert Live uniku ta’ 90+ minuta, fejn mad-duo se jingħaqdu 30 mużiċist mill-Malta Philharmonic Orchestra, taħt id-direzzjoni ta’ Abela.

Bis-sehem ta’ żewġ kantanti bravissimi u il-Live Hybrid Setup ta’ Bee, il-kunċert iwiegħed esperjenza mingħajr paragun. Permezz tas-sistema tal-ħoss 4D u spettaklu tad-dawl, l-udjenza se jkollha esperjenza mhux tas-soltu. Wara l-prestazzjoni, il-mistednin jistgħu jitħalltu mal-artisti fil-Belt Valletta.

Titlifx dan l-avveniment indimentikabbli li qed jittella’ bl-appoġġ tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, fl-10 ta’ April, 2024, fit-Teatru Manoel.

Ikseb il-biljetti tiegħek illum!