Bejn il-25 u t-28 ta’ Ä unju, lejliet l-Imnarja, l-AÄ¡enzija Kulturali għall-Belt Valletta se tkun qed torganizza erba’ serati li waqthom se jintwerew films fil-miftuħ fl-ispazju aħdar ta’ Ä nien Laparelli fil-Belt Valletta li jinsab taħt id-dħul ewlieni tal-Belt, u li kien inawgurat fl-2018 fis-sena tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura. Dawn il-wirjiet ta’ films huma adattati għall-familja kollha u d-dħul huwa bla ħlas għal kulħadd.
Â
Il-films li se jkunu qed jintwerew huma Jurassic World (il-Ħamis 25 ta’ Ä unju), World War Z (il-Ä imgħa 26 ta’ Ä unju), The Greatest Showman (is-Sibt 27 ta’ Ä unju), 13 Hours: The Secret Soldiers of Benghazi u Captain Phillips (il-Ħadd 28 ta’ Ä unju). Il-films jibdew fit-8pm, u fil-każ tal-Ħadd, it-tieni film jibda’ fl-10.15pm. World War Z, 13 Hours: The Secret Soldiers of Benghazi u Captain Phillips huma kollha films li jinkludu xeni li Ä¡ew maħduma f’pajjiżna u fit-toroq tal-Belt Valletta, u għalhekk għandhom rabta speÄ‹jali mal-Kapitali tagħna.
Â
<iframe width=”1000″ height=”600″ src=”https://www.youtube.com/embed/Yy4TLfyh9hM” frameborder=”0″ allow=”accelerometer; autoplay; clipboard-write; encrypted-media; gyroscope; picture-in-picture” allowfullscreen></iframe>
Â
Id-dħul ewlieni għal Cinema City fi Ä nien Laparelli huwa permezz tat-taraÄ¡ u l-lift li jinsabu ħdejn il-bini tal-Parlament. Dawk li Ä¡ejjin bil-karozza jistgħu jipparkjaw fil-foss ta’ San Ä akbu u Ä nien Laparelli, li d-dħul għalih hu minn Triq l-Assedju l-Kbir. Id-dħul huwa bla ħlas, madanakollu se jkun hemm numru limitat ta’ siġġijiet. Għalhekk, dawk li jixtiequ jattendu għandhom jiksbu biljett mill-uffiÄ‹ju tal-AÄ¡enzija Kulturali għall-Belt Valletta, il-Ministeru għat-Turiżmu jew il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali. Biljetti se jkunu disponibbli fuq bażi ‘first come, first served’.
Â
Matul l-istess Ä¡ranet se jkun hemm ukoll sfilata ta’ kostumi artistiÄ‹i Ä¡ewwa t-toroq ewlenin tal-Belt Valletta, bejn is-6pm u t-8pm. Il-pubbliku huwa mistieden li jżur it-toroq tal-Belt qabel ma jattendi għall-wirjiet tal-films Ä¡ewwa Ä nien Laparelli, sabiex jammira dawn il-kostumi kkuluriti.