start date November 25, 2026
map icon Valletta

Christmas in the Capital 2026

25/11/2026 - 31/12/2026
8:00 AM to 12:00 AM
Madwar il-Belt Valletta, Valletta

Christmas in the Capital 2026

A photo showing the magical Christmas tree in Valletta with Parliament in the background

Iċċelebra l-istaġun tal-festi fil-Belt Valletta permezz ta’ Christmas in the Capital 2026 – programm matul xahar sħiħ, organizzat mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, u li jiġbor fih 300 artist fi ħdan 25 avveniment.

Iċ-ċelebrazzjonijiet jibdew nhar l-Erbgħa, 25 ta’ Novembru, bejn il-5:30pm u t-8:30pm, bil-mixegħla tas-Siġra tal-Milied fi Pjazza Ħelsien, l-inawgurazzjoni ta’ dwal tal-Milied b’disinn ġdid madwar il-Belt Valletta, presepju ġdid, u spettaklu mill-kor VOCA.

Minn kunċerti live u wirjiet tal-korijiet, sa attivitajiet għall-familja u divertiment festiv, il-programm joffri xi ħaġa għall-etajiet kollha, u jilħaq il-qofol tiegħu fiċ-Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali ta’ Lejlet l-Ewwel tas-Sena fi Pjazza San Ġorġ.

Festive December 2026 events calendar for Christmas in the Capital, featuring concerts, choir performances, children's activities, Christmas by Candlelight, Carols in the Capital and National New Year's Eve Celebrations in Valletta. Designed in red, green and cream, with Christmas illustrations and event dates, times and venues.

Wieħed mill-avvenimenti ewlenin huwa l-kunċert Carols in the Capital, li se jsir fil-21 ta’ Diċembru, fil-Knisja ta’ San Franġisk, fi Triq ir-Repubblika – knisja magħrufa għad-dekorazzjonijiet rikki tagħha. Dan il-kunċert se jittella’ bis-sehem tat-tenur Alan Sciberras, il-kantanta Ritienne, il-Kor Amadeus u orkestra ta’ 35 mużiċist taħt id-direzzjoni ta’ Mro Joseph Chircop, li se jinterpretaw mużika tal-Milied u għanjiet tradizzjonali. Kollox jibda fis-6:00pm u d-dħul huwa bla ħlas.

Il-purċissjoni tradizzjonali ta’ Ġesù Bambin se ssir fis-17 ta’ Diċembru, bi tluq mill-Knisja tal-Vitorja qrib Kastilja fis-6:00pm, u tintemm bil-Priedka tal-Milied fil-Konkatidral ta’ San Ġwann. Avveniment innovattiv ieħor huwa The Home Alone Movie Experience, bis-sehem ta’ atturi u l-inklużjoni ta’ props użati fil-film. Dan se jsir fil-Valletta Design Cluster fit-23 ta’ Diċembru, mis-6:00pm sad-9:00pm.

Għal aktar informazzjoni u aġġornamenti dwar il-programm, żur il-paġna tal-Aħbarijiet u segwi lill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta fuq Facebook u Instagram.

Related Events

A photo showing the crowd and fireworks during New Year's Eve celebrations in St George's Square, Valletta
New Yar's Eve

Iċ-ċelebrazzjonijiet nazzjonali ta’ Lejlet l-Ewwel tas-Sena

31/12/2026
Pjazza San Ġorġ

Temm is-sena bil-kbir biċ-ċelebrazzjonijiet nazzjonali ta’ Lejlet l-Ewwel

A close-up from a paiting by Paul Camilleri in yellows and blues
Visual Arts

Between Two Points

05/12/2026 - 10/01/2027
Il-Palazz tal-Gran Mastru, Array

Between Two Points turi madwar 30 biċċa xogħol