start date December 14, 2020
map icon Il-Belt Valletta

Brass Band Performance in Valletta

14/12/2020 - 22/12/2020
11:00 AM to 12:30 AM
Pjazza l-Assedju l-Kbir, Il-Belt Valletta

Brass Band Performance in Valletta

Big Friends Guggen Musik Malta se jagħtu prestazzjoni ta’ siltiet popolari tal-Milied biex jagħtu l-ħajja lill-Belt.

Il-Banda Big Friends Guggen Musik hija unika f’pajjiżna u ila toħloq atmosfera brijuża kull fejn tkun sa mill-2008.

Dan il-kunċert ser jitella’ f’Pjazza l-Assedju l-Kbir, fi Triq ir-Repubblika (Dħul mid-daħla tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann) mis-6.30pm sat-8pm. Dan huwa parti mill-Programm Milied fil-Belt tal-Aġenzija Kultuarli għall-Belt Valletta, li ser iseħħ bejn it-8 u l-24 ta’ Diċembru fil-pjazez prinċipali, postijiet strateġiċi u t-toroq pittoreski rtal-Belt Valletta. Id-dwal tal-Milied u d-dekorazzjonijiet jistgħu jitgawdew mil-20 ta’ Novembru sal-ewwel ġimgħa ta’ Jannar.

Minħabba l-miżuri ta’ mitigazzjoni ta’ kontra l-COVID-19, int ġentilment mitlub tibgħat email fuq [email protected] biex tirriserva postok f’din l-attività. Il-postijiet huma limitati. Il-biljetti huma bla ħlas.

Żur [il-paġna ta’ Facebook](https://www.facebook.com/vallettaculturalagency) jew il-websajt tal-aġenzija (www.vca.gov.mt) għall-programm sħiħ.