start date November 6, 2021
map icon Il-Belt Valletta

Bil-Malti Pur

06/11/2021 - 08/11/2021
12:30 AM to 2:00 AM
Royal British Legion, Il-Belt Valletta

Bil-Malti Pur

Din id-darba, mad-diski oriġinali ser noffru b’mod esklussiv għall-pubbliku siltiet letterarji mill-Arkivju Sigriet Nazzjonali, fosthom l-ittri ta’ Pjali Paxa lis-Sultan Sulejman waqt l-Assedju l-Kbir, u l-ittri ta’ San Pawl lill-Maltin.

Flimkien ma’ diversi mistednin, nistednukom tqattgħu serata fejn kollox u kulħadd jispiċċa fil-mira tal-kanzunetti u kitbiet satiriċi mill-pinna ta’ Alex Vella Gregory. Politika, ambjent, kultura, soċjetà…ħadd ma jeħlisha ħafif.

Din is-serata hi maħsuba għal udjenza adulta (16+).

Biljetti għall-prezz ta’ €12 minn [showshappening.com](https://www.showshappening.com/Valletta-Cultural-Agency/BilMaltiPur)