start date May 3, 2021
map icon Il-Belt Valletta

Believers

03/05/2021 - 30/05/2021
11:30 AM to 11:30 PM
Triq San Ġwann, Il-Belt Valletta

Believers

Il-proġett tal-fotografija TNAX ikompli b’kompetizzjoni kif ukoll bir-ritratt ta’ Martin Agius ‘Believers’.

Ir-ritratt ġej mill-faxxinu tiegħu bil-kuntrasti maħluqa miż-żraben li jitħallew barra l-Knisja ta’ San Ġakbu fil-Belt u l-ilbies li jilbsu r-refuġjati Eritrej u Etjopjani li jattendu l-quddiesa nhar ta’ Ħadd.

Dan il-proġett huwa maħluq u prodott mill-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta u huwa kkurat minn Therese Debono.