start date September 10, 2021
map icon Il-Belt Valletta

AGĦTI WIDEN

10/09/2021 - 12/09/2021
11:30 PM to 1:00 AM
Pjazza Teatru Rjal, Il-Belt Valletta

AGĦTI WIDEN

B’direzzjoni ta’ Ruben Zahra u kitba ta’ Trevor Zahra, din ir-rappreżentazzjoni hija ġieħ lill-wirt kulturali tagħna.

AGĦTI WIDEN tistieden lill-udjenza biex ‘jagħtu widna’ għal vjaġġ mużikali permezz tar-ritwali, in-natura, l-artiġjanat u l-festi ta’ Malta murija permezz ta’ estetika kontemporanja ta’ mużika, ħoss u viżjoni.

Biljetti ta’ €12.00 minn [https://www.showshappening.com/Valletta-Cultural-Agency/Aghti-Widen](https://www.showshappening.com/Valletta-Cultural-Agency/Aghti-Widen)

AVVIŻ IMPORTANTI:

Għas-sigurtà tal-udjenza, il-postijiet jistgħu jinxtraw biss f’pari biex jirrappreżentaw *bubble* skont il-linji gwida għal kontra l-COVID-19 maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa.

Skond ir-regolamenti tad-Dipartiment tas-Saħħa:
L-individwi kollha ta’ 12-il sena+ għandhom jippreżentaw iċ-ċertifikat tat-tilqima validu u rikonoxxut, u t-tfal bejn 5 u 11-il sena għandhom jippreżentaw riżultat negattiv tat-test COVID-19 … flimkien mal-biljett tagħhom.

Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattja [email protected].