Temm is-sena bil-kbir biċ-ċelebrazzjonijiet nazzjonali ta’ Lejlet l-Ewwel tas-Sena fil-Belt Valletta! Gawdi minn spettaklu straordinarju bil-parteċipazzjoni ta’ wħud mill-aqwa kantanti u mużiċisti lokali, kif ukoll artisti internazzjonali stabbiliti u wirja spettakolari ta’ logħob tan-nar fil-Port il-Kbir.
Ingħaqad magħna f'Pjazza San Ä orÄ¡ li se tittrasforma f’ċentru vibranti ta’ Ä‹elebrazzjoni hekk kif nilqgħu s-sena 2025 flimkien.