• English
  • Malti
  • Attivitajiet
  • Aħbarijiet
  • Opportunitajiet
  • Blogs
  • Valletta Design Cluster
    • Valletta Design Cluster
    • Il-Faċilitajiet Tagħna
    • Sir Membru
      • Sħubija Regolari
      • Sħubija Annwali fi Studio
      • Sħubija Temporanja fi Studjo
    • Il-Proġetti Tagħna
      • Programmi ta’ Residenza
        • Kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv
      • Design4Innovation
      • Ulysses’ Shelter 3
      • FiftySix – Taħdidiet dwar id-Disinn
  • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
    • Avviżi
    • Skeda ta’ Żmien
    • Il-Membri tal-Panel
  • Appoġġja lill-VCA
  • Dwarna
  • Ikkuntattjana
VCA-logo[1]

Jirritorna l-Valletta Pageant of the Seas fil-Port il-Kbir

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta fi ħdan il-Ministeru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali, se terġa’ tippreżenta l-Valletta Pageant of the Seas nhar il-Ġimgħa, 24 ta’ Lulju 2026, u se tittrasforma l-Port il-Kbir fil-Belt Valletta f’palk għal wieħed mill-avvenimenti kulturali ewlenin tas-sajf.

Il-Ministru Malcolm Paul Agius Galea spjega kif “Il-Valletta Pageant of the Seas huwa eżempju ċar ta’ kif nistgħu nagħtu ħajja ġdida lill-wirt storiku tagħna permezz tal-kultura u l-kreattività. Il-Port il-Kbir mhux biss huwa xhieda tal-istorja tagħna, iżda spazju ħaj li jkompli jiġbor flimkien lill-komunità, lill-familji u lill-viżitaturi f’esperjenza kulturali ta’ kwalità. Bħala Gvern nibqgħu impenjati li ninvestu f’avvenimenti li jagħmlu l-kultura aktar aċċessibbli għal kulħadd filwaqt li jkomplu jsaħħu l-identità kulturali ta’ pajjiżna u jikkontribwixxu għat-turiżmu ta’ kwalità.”

Iċ-Ċermen tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, Jason Micallef, tenna “L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta qed tħejji edizzjoni spettakolari u grandjuża tal-Valletta Pageant of the Seas li matulu l-Port il-Kbir jiġi trasformat f’palk mill-isbaħ fl-24 ta’ Lulju. Nistednukom tingħaqdu magħna u tgħixu din l-esperjenza unika mix-Xatt Ta’ Liesse biex tkunu fil-qalba tal-azzjoni u l-maġija tal-Port il-Kbir li jieħu l-ħajja b’koreografija ta’ bċejjeċ tal-baħar, dwal, funtani tal-ilma, mużika u logħob tan-nar.”

Carlo Micallef, l-Uffiċċju Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta qal: “Il-Valletta Pageant of the Seas huwa eżempju mill-aqwa tat-tip ta’ esperjenzi awtentici kulturali ta’ livell għoli li qed ikomplu jsaħħu u jkomplu jgħollu l-kwalità tal-offerta turistika ta’ Malta. Bħala l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, aħna kburin li nappoġġjaw avvenimenti li jiċċelebraw il-wirt uniku ta’ pajjiżna, filwaqt li joffru esperjenzi ta’ klassi dinjija li kapaċi jattiraw viżitaturi internazzjonali b’aspettattivi għoljin. Permezz tal-investiment f’avvenimenti ewlenin bħal dan, qed inkomplu nsaħħu l-pożizzjoni ta’ Malta bħala destinazzjoni Mediterranja ta’ kwalità, inħeġġu turiżmu ta’ valur ogħla, inżidu t-tul taż-żjara tal-viżitaturi f’pajjiżna, u nwasslu l-karattru uniku u straordinarju tal-gżejjer tagħna fuq il-palk internazzjonali.”

L-avveniment jibda fit-8:00pm f’Xatt il-Barrieri (Ta’ Liesse), il-Belt Valletta, fejn Tikka Banda se tilqa’ lill-udjenzi b’wirja mużikali interattiva, u toħloq atmosfera vibranti qabel l-ispettaklu prinċipali.

Hekk kif jidlam, il-Port il-Kbir se jsir il-palk għall-Valletta Pageant of the Seas. Diversi jottijiet imdawlin, dgħajjes tradizzjonali Maltin, bastimenti tal-qlugħ u kayaks se jagħmlu triqthom tul il-port f’wirja koreografata bir-reqqa, akkumpanjata minn mużika, wirjiet sinkronizzati ta’ funtani tal-ilma u projezzjonijiet bil-lejżer. Il-lejla se tilħaq il-qofol tagħha b’finali ta’ logħob tan-nar.

Billi tgħaqqad dawl kontemporanju, effetti tal-ilma u l-wirt marittimu Malti, il-produzzjoni tiċċelebra l-karattru uniku tal-Belt Valletta u l-Port storiku tagħha.

Il-Valletta Pageant of the Seas huwa organizzat mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta bl-appoġġ ta’ Visit Malta. Id-dħul huwa bla ħlas.

Għal aktar dettalji, żur il-websajt u l-paġna ta’ Facebook tal-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta.

 

Agħmel kuntatt magħna:

  • Indirizz
    Valletta Cultural Agency, Exchange Buildings, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta

  • Numru tat-Telefon
    21242018

  • Email
    [email protected]

Żomm ruħek aġġornat.
Abbona għall-ittraħbar!

** Mhux ser nibagħtulek emails bla bżonn!

back to top
  • Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
  • Dikjarazzjoni dwar l-aċċessibbiltà
  • Il-Libertà tal-Informazzjoni
  • Riżorsi
  • Mappa tas-sit

© 2025 – Valletta Cultural Agency. Id-drittijiet kollha huma riżervati

Another website by TheWebAlly Logo
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue to use this site we will assume that you are happy with it.