Temm is-sena bil-kbir biċ-ċelebrazzjonijiet nazzjonali ta’ Lejlet l-Ewwel tas-Sena fil-Belt Valletta, li jinkludu spettaklu bil-parteċipazzjoni ta’ uħud mill-aqwa kantanti u mużiċisti lokali u artisti internazzjonali stabbiliti, kif ukoll wirja ta’ logħob tan-nar spettakolari fil-Port il-Kbir.