start date April 30, 2026
map icon

Valletta Green Festival

30/04/2026 - 10/05/2026
10:00 AM to 5:00 PM
Madwar il-Belt Valletta

Valletta Green Festival

A photo showing a person taking photos of the Valletta Green Festival

Il-Valletta Green Festival 2026 se jerġa’ jitrasforma l-Belt Valletta fi ġnien ħaj. Magħruf għall-installazzjonijiet impressjonanti tiegħu u l-messaġġ ambjentali qawwi, il-festival se jiffoka fuq is-sostenibbiltà, it-tħaddir urban u l-involviment tal-komunità.

Attrazzjoni ġdida għall-Valletta Green Festival din is-sena se tkun installazzjoni kbira tal-fjuri fid-daħla tal-Belt Valletta u quddiem il-Parlament. Dan se jwitti t-triq għall-ġnien tal-ħolm fi Pjazza San Ġorġ, mit-30 ta’ April sal-10 ta’ Mejju 2026.

Dawk kollha li se jżuru l-Belt Valletta f’dawn il-ġranet se jesperjenzaw ġnien interattiv mill-isbaħ, bosta inizjattivi edukattivi, programm divers imfassal biex jinkoraġġixxi għajxien aħjar u l-EcoMarket ta’ kuljum tul Triq it-Teatru l-Qadim, li se jinkludi prodotti sostenibbli u magħmula lokalment. Se jkun hemm ukoll face painting u workshops għat-tfal b’xejn, fosthom arti biċ-ċagħaq u oġġetti riċiklati, fl-1, it-2, it-3, id-9 u l-10 ta’ Mejju, bejn il-11am u s-2pm. Il-programm ta’ din is-sena jinkludi l-parteċipazzjoni ta’ Derek Garden Centre, ERA, Project Green, Ambjent Malta, Circular Economy Malta, Wasteserv.

L-edizzjoni tal-Valletta Green Festival 2026 se tkun l-akbar waħda minn meta l-Valletta Green Festival beda jiġi organizzat fl-2014.

 

Related Events

A photo showing a group of people at the Valletta Local Food Festival
Festival

Valletta Local Food Festival 2026

03/07/2026 - 05/07/2026
Pjazza San Ġorġ, Array

Issa fil-ħames edizzjoni tiegħu, il-Valletta Local Food Festival

A photo showing the crowd and fireworks during New Year's Eve celebrations in St George's Square, Valletta
New Yar's Eve

Iċ-ċelebrazzjonijiet nazzjonali ta’ Lejlet l-Ewwel tas-Sena

31/12/2026
Pjazza San Ġorġ

Temm is-sena bil-kbir biċ-ċelebrazzjonijiet nazzjonali ta’ Lejlet l-Ewwel

A close-up from a paiting by Paul Camilleri in yellows and blues
Christmas

Christmas in the Capital 2026

25/11/2026 - 31/12/2026
Madwar il-Belt Valletta

Christmas in the Capital jittrasforma l-qalba tal-kapitali b’dawl