Il-kantant u kantawtur straordinarju Bob Dylan, rebbieħ tal-Premju Nobel, m’għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni, il-melodiji tiegħu dwew f’ħajjet bosta nies għal sitt deċenji. Il-mużiċist lokali Dario Genovese, akkumpanjat mill-band tiegħu flimkien ma’ diversi mistednin, jagħti ġieħ lill-ġenjalità ta’ Dylan. Ingħaqad magħna biex flimkien nesploraw l-impatt indimentikabbli u profond ta’ wieħed mill-akbar rakkontaturi tal-mużika.