Se tkun qed titella’ produzzjoni ġdida tal-opra Tosca ta’ Giacomo Puccini, iddisinjata mill-artist ta’ fama mondjali José Cura, li se jkun ukoll qed jieħu ħsieb id-direzzjoni tal-opra u jieħu sehem fiha. Din il-produzzjoni qed titella’ flimkien mat-Teatru Manoel bis-sehem ta’ KorMalta u l-Malta Philharmonic Orchestra mmexxija minn Mario De Rose.