Il-proġett appoġġa intrapriżi żgħar u medji (SMEs) madwar l-Ewropa billi uża għodod ta’ disinn iċċentrati fuq l-utent. F’Malta, Design4Innovation appoġġa l-ħolqien tal-kunċett tal-Valletta Design Cluster bħala spazju komunitarju għall-prattika kulturali u kreattiva u saħħaħ ir-rappreżentazzjoni tal-professjonijiet relatati mad-disinn fis-soċjetà. L-attività finali tal-partijiet interessati f’Lulju ser tevalwa kif l-appoġġ lill-SMEs jista’ jittejjeb fis-snin li ġejjin fil-kuntest tal-irkupru mill-impatt finanzjarju negattiv li l-COVID-19 kellu fuq il-biċċa l-kbira tas-setturi.