Bejn it-12 ta’ Awwissu u t-12 ta’ Settembru, l-Awtorità tal-Ippjanar se tkun qed turi u tagħti prominenza lill-proġetti li tqiesu mill-ġurija bħala rebbieħa denji tal-MASP Awards 2021, li wieħed minnhom huwa l-Valletta Design Cluster. F’din il-wirja fuq barra fi Pjazza La Valette (maġenb id-daħla tal-ġenb tal-MUŻA) se jintwera kull proġett rebbieħ tal-MASP Awards 2020 u 2021.