Joanne Attard Mallia ilha taħdem fil-qasam tal-arti, il-kultura u l-wirt kulturali mill-2003 fuq diversi suġġetti li jvarjaw mill-kura u l-ġestjoni tas-siti, l-edukazzjoni dwar il-konservazzjoni, l-arti kontemporanja u r-riċerka. Wara li kkoordinat l-implimentazzjoni tal-Programm Kulturali għal Valletta 2018 u għall-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta, issa qed tmexxi l-Valletta Design Cluster.