Għandek xi oġġett miksur magħmul mill-injam, ċeramika jew drapp li tixtieq tara msewwi? Ingħaqad magħna fir-Repair Café fl-10 ta’ Mejju mill-10:00 AM sa 3:00 PM fil-Valletta Design Cluster waqt l-avveniment annwali tagħna Tinkering Day!
Il-voluntiera tagħna se jkunu disponibbli biex jgħinu fir-restawr tal-oġġetti għeżież tiegħek. Ser jiġu aċċettati biss oġġetti żgħar jew ta’ daqs medju, bl-akbar oġġetti jkunu siġġijiet jew imwejjed tal-kafè.
Interessat li tipparteċipa?
Kun żgur li tiffirma u tirriserva l-post tiegħek sal-5 ta’ Mejju f’nofsillejl billi timla din il-formola:
L-ispazji huma limitati, għalhekk titlifx din l-opportunità biex issalva l-affarijiet verament għal qalbek u tagħtihom ħajja ġdida.
Oġġetti eliġibbli: għamara żgħira tal-injam mhux akbar minn mejda tal-kafè, biċċiet ornamentali jew dekorattivi taċ-ċeramika u tessuti kif ukoll lampi jew tagħmir żgħir.
X’għandek tistenna waqt Tinkering Day?
Ingħaqad magħna nhar is-Sibt, 10 ta’ Mejju mill-10:00 AM sat-3:00 PM fil-Valletta Design Cluster għat-tieni edizzjoni ta’ Tinkering Day, attività ispirata mill-Moviment globali Maker. Dan l-avveniment eċċitanti jiċċelebra l-għerf u l-passjoni ta’ inventuri lokali ta’ kull età u dawk li joħolqu oġġetti bl-idejn. Skopri kreazzjonijiet inkredibbli minn artisti li jħalltu s-sengħa tradizzjonali Maltija mal-innovazzjoni moderna, u involvi ruħek f’workshops interattivi, attivitajiet prattiċi, u taħditiet ta’ ispirazzjoni li juru l-kreattività fil-komunità tagħna.
Titlifx din l-opportunità. Ejja u iltaqa’ magħna!