Id-disinn tat-tapit tal-fjuri għandu jkun ibbażat fuq it-tema li ġejja li hija rilevanti għall-Ambjent kemm fuq livell Nazzjonali kif ukoll dak tal-UE.
 
It-tema magħżula hija: ‘Shifting Gears’. Hekk kif l-ispazji pedonali, is-siġar u l-ispazji mħaddra qed jiżdiedu fil-Belt Valletta, issa huwa ż-żmien li tibda ħidma biex jinbidel l-approċċ tagħna għal mobilità bejn l-ibliet sabiex jintlaħqu miri iżjed sostenibbli. Il-promozzjoni ta’ trasport iżjed sostenibbli f’belt żgħira bħall-Belt Valletta tnaqqas sew l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju u t-tniġġis tal-arja u twassal għal livell ta’ għajxien u esperjenza aħjar b’mod ġenerali.
 
__**KIF TAPPLIKA**__
 
Min jista’ japplika?
 
• Kandidati li laħqu l-età ta’ 18-il sena fiż-żmien tal-applikazzjoni;
• Kandidati b’numru tal-VAT, jew l-ekwivalenti tiegħu, fil-pajjiż tar-residenza tagħhom; in-numru tal-VAT għandu jkun fis-seħħ sa meta tiġi ppreżentata l-applikazzjoni.
 
Kif tapplika:
 
• Issottometti s-CV u l-Portafoll tax-xogħlijiet tiegħek;
• Ipprovdi deskrizzjoni qasira tal-kunċett li madwaru se jinħoloq id-disinn tat-tapit tal-fjuri (deskrizzjoni massima ta’ 500 kelma);
• Ipprovdi sketch diġitali għat-tapit tal-fjuri;
* L-isketches sottomessi se jkunu kkunsidrati biss għall-iskopijiet tal-proġett imsemmi, il-VCA mhu se jkollha l-ebda dritt li tuża l-isketches li mhux se jiġu magħżula.
 
X’jiġri jekk tintgħażel?
 
L-applikant magħżul
• Jirċievi renumerazzjoni totali u kompletament komprensiva ta’ Eur 700 (VAT eskluż)
• Ikun disponibbli li jiddiskuti u jaqbel fuq sketch finali mal-Aġenzija
• Jemenda d-disinn abbażi ta’ kwalunkwe bidla mifthiema meħtieġa
• Jissottometti disinn finali b’kejl skalat biex jiġi użat fuq il-Computer Aided Design software għal kull parti li tikkomponi d-disinn. Se jiġi pprovdut kejl dettaljat għall-kandidat magħżul.
 
__**REKWIŻITI TAD-DISINN**__
 
L-isketch trid
 
• Tinkludi messaġġ ambjentali b’saħħtu bbażat fuq it-tema magħżula
• Tevita li tirrepeti disinji u temi ta’ qabel
• Tkun f’format ta’ landscape minħabba l-forma ta’ Pjazza San Ġorġ
• Tkun f’kuluri li jistgħu jiġu riprodotti bl-użu ta’ fjuri mqegħdin fil-qsari.
• Tippermetti flessibilità fit-tibdil tal-kuluri, anki fi stadju avvanzat, jiddependi fuq kemm huma kbar il-fjuri speċifiċi. Filwaqt li l-fjuri sofor, roża, bojod, u vjola kienu affidabbli b’mod kostanti matul is-snin, l-unika kulur garantit huwa l-aħdar.
 
Fl-istadju tas-sottomissjoni huma meħtieġa biss sketch u kunċett miktub biex juru l-idea, u mhux id-disinn lest.
 
 
__**GĦAŻLA U TERMINI U KUNDIZZJONIJIET**__
 
Qed infittxu proposti li jirrispondu għal wieħed jew aktar mill-valuri tal-Programm Kulturali tal-Aġenzija. Se tingħata prijorità għall-applikazzjonijiet li huma:
 
• B’Kunċett u b’Disinn rilevanti għat-tema magħżula; 10 punti
• Rilevanti għal wieħed mill-5 valuri ewlenin tal-Aġenzija (skont kif jidher hawn taħt) 10 punti
• B’versatilità tad-disinn sabiex jadatta għal kull bidla fl-iskala tal-kulur; 10 punti
 
*L-INQAS MARKA LI WIEĦED JISTA’ JĠIB BIEX JGĦADDI HIJA 15-IL PUNT
 
 
__**TERMINI U KUNDIZZJONIJIET**__
 
• Il-kandidati jridu jissottomettu l-materjali mitluba b’email fuq opencalls@vca.gov.mt
• Jekk il-files ikunu wisq kbar biex jintbagħtu b’email, nissuġerixxu li tużaw WeTransfer. Jekk jogħġbok kun ċert li t-trasferiment tad-dokumenti isir fit-termini tal-iskadenza indikati hawn taħt.
• Peress li dan huwa proċess kompetittiv, il-proposti mirċieva se jiġu evalwati minn panel maħtur speċifikament għalhekk skont il-perjodu taż-żmien indikat hawn taħt.
 
Skadenza għas-sottomissjonijiet: Il-Ġimgħa 13 ta’ Awwissu f’nofsinhar. (Ħin ta’ Malta). Applikazzjonijiet li jaslu tard u ma jkunux kompluti mhumiex se jiġu kkunsidrati.
 
 
__**AVVIŻ IMPORTANTI**__
 
L-artisti jridu jirrispettaw f’kull ħin ir-restrizzjonijiet u r-regolamenti kollha imposti mill-awtoritajiet minħabba l-pandemija ta’ bħalissa.
 
*L-applikazzjonijiet li ma jkunx fihom xi parti mill-informazzjoni jew mill-annessi meħtieġa mhux se jiġu kkunsidrati. Applikazzjonijiet li jaslu tard mhux se jiġu kkunsidrati.
 
Għal kwalunkwe mistoqsija, jekk jogħġbok ibgħat email fuq opencalls@vca.gov.mt.