L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta qed tfittex proposti minn disinjaturi kemm lokali kif ukoll internazzjonali biex jipparteċipaw f’InnovAIR 2023 fil-Valletta Design Cluster, ċentru tal-komunità għall-prattika kulturali u kreattiva.

Ir-residenza toffri lid-disinjaturi ħin u spazju ’l bogħod mir-rutina tas-soltu tagħhom biex jirriflettu, jirriċerkaw u jikkunsidraw modi ġodda ta’ kif jiżviluppaw il-prattika tagħhom. Il-VCA se tgħin lid-disinjaturi jistabbilixxu konnessjonijiet ma’ prattikanti u komunitajiet li jistgħu jkunu rilevanti għall-ħidma tagħhom u jipprovdu aċċess għal netwerk ta’ membri minn varjetà wiesgħa ta’ dixxiplini.

Ir-residenza hija miftuħa għal disinjaturi li għandhom 18-il sena, li jiġu waħedhom jew bħala kollettiv ta’ mhux aktar minn erba’ prattikanti.

 

Dwar ir-residenza:

InnovAiR2023@VDC ser jiffoka fuq l-objettivi li ġejjin:

  • li jiġu appoġġati proġetti marbuta mas-sostenibbiltà — l-appoġġ għall-ekonomija ċirkolari permezz tal-adozzjoni ta’ prattiki ta’ disinn sostenibbli
    • li jiġu appoġġati proġetti ffukati fuq il-komunità li jinvolvu ruħhom b’mod kreattiv ma’ diversi gruppi soċjali, permezz ta’ proċessi inklużivi u li jagħtu s-setgħa, inkluż it-tfassil tal-post, l-edukazzjoni u l-kondiviżjoni tal-għarfien.

Tul ta’ żmien: Minn xahar sa tliet xhur

Eżitu: Filwaqt li kull residenza hija unika, il-VCA titlob lil kull disinjatur biex iħejji fil-Valletta Design Cluster: Workshop prattiku għall-kondiviżjoni tal-għarfien miftuħ għall-parteċipanti mill-komunità lokali, u/jew avveniment pubbliku informali fejn l-eżitu tar-residenza huwa kondiviż.

 

Aħna nipprovdu

 

-Akkomodazzjoni: kamra f’dar komunali fil-Belt Valletta, kif ukoll kċina u kamra tal-banju maqsuma mgħammra tajjeb. Persuni li jissottomettu applikazzjoni konġunta jistgħu jiġu pprovduti b’kamra tas-sodda kondiviża.

– Faċilitajiet: Aċċess għall-faċilitajiet tal-Valletta Design Cluster inkluż:

l-ispazju Makerspace https://www.vca.gov.mt/en/the-makerspace/

l-ispazju tal-Ikel https://www.vca.gov.mt/en/foodspace/

 

Ma nipprovdux

  • Appoġġ finanzjarju;
  • Trasport
  • Assigurazzjoni
  • Arranġamenti għall-viża: l-applikanti li mhumiex mill-UE se jkollhom jiżguraw kwalunkwe Viża u dokument meħtieġ biex jivvjaġġaw lejn Malta, u joqogħdu f’Malta għat-tul ta’ żmien tar-residenza.

 

 

Għażla

Il-VCA se taċċetta proposti matul l-2023 għar-residenzi li se jsiru bejn Mejju 2023 u April 2024.

Il-proposti jiġu riveduti 4 darbiet fis-sena bi skadenzi għas-sottomissjoni fil-15-il jum tax-xhur li ġejjin: Mejju, Awwissu, Novembru 2023 u Jannar 2024.

Evalwazzjoni – Il-kumitat ta’ evalwazzjoni se jivvaluta l-punti b’saħħithom u l-merti tal-proposti mressqa. L-applikanti li jiksbu minimu ta’ 60 marka għandhom jiġu kkuntattjati mill-VCA għal online pitch biex jippreżentaw il-proposta tagħhom f’aktar dettall. Wara l-online pitch, il-VCA għandha tieħu deċiżjoni finali dwar l-applikanti magħżula.

Se tingħata prijorità lill-applikazzjonijiet li huma:

  • Innovattivi (fil-metodoloġija, f’approċċ tematiku, fl-għodod u t-teknoloġiji li għandhom jintużaw) (massimu ta’ 20 marka)
  • Jinvolvu ruħhom b’mod ċar ma’ wieħed jew aktar mill-għanijiet ta’ residenza. (massimu ta’ 30 marka)
  • Ikunu ta’ natura kollaborattiva, jinvolvu ruħhom ma’ prattikanti lokali f’oqsma rilevanti u/jew mal-komunità ta’ membri fil-Valletta Design Cluster (30 marka)
  • Ikunu miftuħa għad-diskussjoni u l-interazzjoni, u jużaw għodod onlajn jew b’mod personali għall-involviment ma’ diversi pubbliċi u t-tixrid tal-proċess u r-riżultati (massimu ta’ 20 marka)

Pubblikazzjoni tar-riżultati: Id-deċiżjonijiet finali għandhom jiġu kkomunikati fl-ewwel ġimgħa ta’ Mejju 2023/Awwissu 2023/Novembru 2023/Frar 2024

 

TERMINI U KUNDIZZJONIJIET

  • Biex jitqiesu eliġibbli, l-kandidati jridu jissottomettu l-informazzjoni u d-dokumenti kollha mitluba elenkati fil-Formola tal-Applikazzjoni.
  • The Designer retains full ownership of their work and may decide to retain or donate any tangible objects created during the residency. Any costs arising from retaining the object, including shipping, are the responsibility of the Designer. Id-Disinjatur iżomm is-sjieda sħiħa tax-xogħol tiegħu u jista’ jiddeċiedi li jżomm jew jagħti d-donazzjoni ta’ kwalunkwe oġġett tanġibbli maħluq matul ir-residenza. Kwalunkwe spiża li tirriżulta miż-żamma tal-oġġett, inkluż it-trasport bil-baħar, hija r-responsabbiltà tad-Disinjatur.
  • Il-VCA żżomm id-dritt li tieħu d-deċiżjoni finali dwar l-għadd totali tal-applikanti magħżula permezz ta’ kull ċiklu ta’ evalwazzjoni, abbażi ta’ għadd ta’ kunsiderazzjonijiet interni, li jistgħu jinkludu iżda mhumiex limitati għal kunsiderazzjonijiet tas-Saħħa Pubblika, id-disponibbiltà tal-ispazju tar-residenza, u l-kwalità tal-applikazzjonijiet riċevuti.

Għal xi mistoqsijiet, jekk jogħġbok ibgħat email fuq opencalls@vca.gov.mt

Biex tapplika, niżżel din il-formola, imliha u ibgħatha permezz ta’ email fuq opencalls@vca.gov.mt