1. INTRODUZZJONI
Wara s-suċċess tal-ewwel edizzjoni, il-Valletta Design Cluster qed jorganizza t-tieni edizzjoni ta’ Tinkering Day, avveniment ta’ ġurnata bil-għan li jesibixxi inventuri u makers permezz ta’ attivitajiet interattivi bħal dimostrazzjonijiet u workshops biex inkomplu nsaħħu il-komunità ta’ makers f’Malta.
L-avveniment se jsir fil-Valletta Design Cluster, li jinsab f’25, Triq il-Gendus, il-Belt Valletta, skont l-iskeda hawn taħt:
Il-Ħadd, 10 ta’ Mejju 2025, mill-10am sat-3pm.
F’każ ta’ tibdil fl-iskeda t’hawn fuq, l-applikanti magħżula se jiġu avżati minn ġimgħatejn qabel.
L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta qed tistieden lill-bejjiegħa prospettivi tal-ikel u x-xorb biex jissottomettu l-proposti tagħhom u jirreġistraw l-interess tagħhom li jbigħu xorb waqt l-avveniment Tinkering Day. Il-bejjiegħ tax-xorb magħżul ser ikollu l-opportunità li jbiegħ il-prodotti tiegħu minn mejda pprovduta mill-Aġenzija jew minn stazzjon mobbli (bħal food truck jew food cart) tiegħu/tagħha stess kif spjegat fil-Guidelines ta’ din l-Espressjoni ta’ Interess.
L-attendenza għall-avveniment mistennija tkun bejn 300 u 400 persuna, li tikkonsisti fi tfal u adulti.
Ċaħda ta’ responsabbiltà:
L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw li billi jissottomettu applikazzjoni kif speċifikat hawn taħt, qed jikkonfermaw li jaqblu mat-termini u l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti f’din l-Espressjoni ta’ Interess.
L-applikanti għandhom jinnotaw ukoll li l-Aġenzija se tirrispetta kwalunkwe restrizzjoni ppubblikata mill-Awtoritajiet tas-Saħħa lokali dwar l-organizzazzjoni ta’ avvenimenti pubbliċi.
2. LINJI GWIDA
2.1 IL-ĦOLQIEN U L-BEJGĦ TA’ PLATTI/PRODOTTI PPAKKJATI U XORB
L-għan ta’ din l-espressjoni ta’ interess huwa li jintgħażel bejjiegħ wieħed li jista’ jbigħ xorb bħal kafè, te, ilma, luminata, meraq tal-frott jew xarbiet simili. Dan jista’ wkoll jinkludi ikel jew snacks ippreparati minn qabel u ppakkjati lill-viżitaturi li jattendu l-avveniment. Il-bejjiegħ magħżul ser ikollu aċċess għal friġġ li fiha jaħżen l-inventarju tiegħu/tagħha jekk ikun hemm bżonn, kif ukoll biex juża sink bi provvista ta’ ilma sħun u kiesaħ.
Il-bejjiegħ magħżul jista’ jagħżel li juża mejda f’ waħda mill-kċejjen tal-Valletta Design Cluster mingħajr ħlas jew jopera mill-istazzjon mobbli tiegħu/tagħha stess. F’dan il-każ, din għandha tittella’ fit-triq biswit il-Valletta Design Cluster, f’ post prominenti li tidher mill-bitħa prinċipali fejn se tkun qed issir il-parti prinċipali tal-avveniment. It-triq hija qasira u wiesgħa 2.6m fl-idjaq punt tagħha iżda titwessa’ hekk kif tasal sa Triq l-Għajn.
L-applikanti li jintgħażlu se jżommu d-dħul kollu ġġenerat mill-bejgħ.
2.2 STRUZZJONIJIET GĦALL-APPLIKANTI PROSPETTIVI
L-applikanti għandhom jipprovdu proposta li tinkludi lista ta’ xorb u snacks/ikel magħmul minn qabel u ippakkjat magħmula minn ingredjenti friski miksuba lokalment li jirriflettu l-etos tal-attività. Din l-attività hija fiera divertenti u informali ddedikata lill-kreattività, li tgħin lill-viżitaturi jesperjenzaw il-kreattività direttament. L-applikanti għandhom jiżguraw li l-proposta tagħhom tinkludi lista ta’ prodotti offruti u prezzijiet.
L-applikanti prospettivi għandhom jikkonformaw mal-istruzzjonijiet li ġejjin:
L-applikanti prospettivi għandhom jimlew Formola ta’ Applikazzjoni onlajn li tinkludi: Lista ta’ xorb u ikel magħmul minn qabel u ppakkjat, lista ta’ prezzijiet, kopja tal-karta tal-Identità tal-Applikant u kopja taċ-ċertificat tal-VAT.
L-applikanti prospettivi għandhom jiżguraw li l-isem ta’ kuntatt fuq il-Formola tal-Applikazzjoni jkun dak tal-individwu li, jekk jirnexxi, se jidħol fi ftehim mal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta għall-parteċipazzjoni waqt l-attività Tinkering Day.
Meta applikant jissottometti l-Formola ta’ Applikazzjoni, huwa mifhum li l-applikant qara u jaqbel mat-termini u l-kundizzjonijiet ta’ din l-Espressjoni ta’ Interess u jafferma d-dikjarazzjonijiet kollha. L-ebda kundizzjonijiet u alterazzjonijiet għar-rekwiżiti elenkati f’dan id-dokument ma għandhom jiġu introdotti/imposti mill-applikant fuq l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.
Kull applikant irid ikollu mill-inqas 18-il sena fiż-żmien tal-applikazzjoni.
Kull applikant għandu jkollu numru tal-VAT validu.
L-applikanti prospettivi għandhom jiżguraw ukoll li jikkonformaw mar-regolamenti lokali kollha dwar is-saħħa u s-sikurezza, inkluż li jkollhom kwalunkwe assigurazzjoni u liċenzja meħtieġa biex joperaw matul l-avveniment.
Billi jissottomettu applikazzjoni, l-applikanti prospettivi se jkunu qed jikkonfermaw li s-sottomissjonijiet tagħhom jibqgħu validi għal perjodu ta’ 90 jum mill-iskadenza tas-sottomissjoni ta’ din l-Espressjoni ta’ Interess.
2.3 SKEDA TAL-APPLIKAZZJONI
L-Espressjoni ta’ Interess għall-parteċipazzjoni tiftaħ fl- | 17/01/2025 |
Talbiet ta’ kjarifika jistgħu jintbagħtu permezz ta’ email sa mhux aktar tard mill- | 21/01/2025 f’12:00 (nofsinhar) |
Skadenza għat-tweġibiet ta’ kjarifika kif maħruġa mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta | 24/01/2025 f’12:00 (nofsinhar) |
L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu permezz ta’ email sa mhux aktar tard mill- | 10/02/2025 f’12:00 (nofsinhar) (GMT+2/CEST) |
L-iskadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet hija it-Tnejn, 10 ta’ Frar 2025 f’12:00 (nofsinhar) (GMT+2/CEST).
Applikazzjonijiet tard jew mhux kompluti mhux se jiġu kkunsidrati. Madankollu, l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta tirriżerva d-dritt li testendi l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-Applikazzjoni fid-diskrezzjoni tagħha.
Se titwaħħal skeda tal-ftuħ fuq in-notice board tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta fis-sekwenza ta’ kif jintlaqgħu l-applikazzjonijiet abbażi tat-timbru tal-ħin fuq l-email.
2.4 REKWIŻITI GĦALL-PREŻENTAZZJONI
L-applikanti għandhom jimlew u jissottomettu l-Formola ta’ Applikazzjoni onlajn
Bħala parti mill-Formola tal-Applikazzjoni, kull applikant għandu jissottometti l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni li ġejjin:
TAQSIMA A: Dettalji tal-Applikant
TAQSIMA B: Lista ta’ Prodotti
TAQSIMA C: Dikjarazzjoni
TAQSIMA D: Lista ta’ Kontroll u Dokumentazzjoni Addizzjonali
N.B. Jekk wieħed jew aktar mir-rekwiżiti jew oqsma elenkati jkunu neqsin jew mhux kompluti, l-applikazzjoni sottomessa tiġi skwalifikata immedjatament u ma tiġix ikkunsidrata.
Nota 1: L-applikanti għandhom jissottomettu d-dokumenti rilevanti f’format PDF permezz ta’ email jew links ta’ trasferiment ta’ fajls (eż. wetransfer.com). Links għal sistemi ta’ ħażna ta’ cloud bħal Google Drive jew One Drive ma jiġux ikkunsidrati.
2.5 GĦAŻLA U EVALWAZZJONI
2.5.1 Linji Gwida tal-Għażla
Kull applikazzjoni se tiġi ttrattata b’kunfidenza stretta mill-Kumitat ta’ Evalwazzjoni. L-Awtorità Kontraenti tirriżerva d-dritt li tagħżel u/jew tirrifjuta kwalunkwe jew l-applikazzjonijiet kollha sottomessi fid-diskrezzjoni tagħha. Jekk l-ebda wieħed mill-applikanti ma jitqies sodisfaċenti skont il-viżjoni tal-attività u r-rekwiżiti ta’ din l-Espressjoni ta’ Interess, l-Awtorità Kontraenti tirriżerva d-dritt li tassenja mejda lil operaturi ekonomiċi oħra (li mhux neċessarjament kienu involuti fi din l-Espressjoni ta’ Interess).
Il-Proċess tal-Għażla se jkun ibbażat fuq il-kriterji li ġejjin:
L-applikant irid ikun manifattur lokali tal-ikel/xorb.
L-applikant huwa konformi mar-rekwiżiti ta’ din is-sejħa.
Se jsiru ftehimiet ma’ applikanti li l-proposti tagħhom jirriflettu bl-aħjar mod il-kriterji ta’ din is-Sejħa.
2.5.2 Grid ta’ Evalwazzjoni
Il-parteċipanti prospettivi jridu jissottomettu d-dokumentazzjoni li ġejja bħala parti mis-sottomissjoni tagħhom. Il-punti għandhom jiġu allokati abbażi tal-kriterji elenkati biswit il-punti. Il-kriterji mmarkati bħala obbligatorji jirrikjedu s-sottomissjoni ta’ dokument obbligatorju għalhekk għandha tiġi pprovduta tweġiba għal kull kriterju għall-konformità teknika tas-sottomissjoni.
|
Marki biex applikant jgħaddi: 60
Marki totali: 100
3. TERMINI U KUNDIZZJONIJIET
3.1 PRODOTTI U MWEJJED
L-applikanti li jintgħażlu għandhom jipprovdu t-tagħmir tagħhom stess biex jippreparaw l-ikel u/jew ix-xorb. Il-Valletta Design Cluster jista’ jipprovdi aċċess għal fridge, sink u mejda.
L-applikanti li jintgħażlu se jżommu d-dħul kollu ġġenerat mill-bejgħ. Ebda kumpens finanzjarju m’għandu jintalab mill-Aġenzija għall-forniment ta’ dan is-servizz.
L-applikanti magħżula għandu jkollhom il-poloz tal-assigurazzjoni kollha meħtieġa inkluż ir-responsabbiltà pubblika; li tkopri kwalunkwe forma ta’ riskji inklużi ħsara, telf, ħsara lill-ġisem, mewt fir-rigward ta’ terzi persuni. L-Awtorità Kontraenti m’għandha tkun involuta f’ebda tilwima legali bħala riżultat tal-operazzjonijiet tal-operatur(i) ekonomiku/ekonomiċi b’rabta mal-avveniment. Kopja ta’ polza ta’ assigurazzjoni ta’ responsabbiltà pubblika valida għandha tiġi sottomessa lill-Awtorità Kontraenti mal-approvazzjoni tal-kuntratt. Barra minn hekk, huwa rrakkomandat li l-operatur ekonomiku magħżul ikollu kopertura ta’ assigurazzjoni adegwata biex jilqa’ għal kwalunkwe telf, ħsara jew serq ta’ tagħmir li jkun validu tul it-tul kollu tal-kuntratt; kopja tiegħu tista’ tintalab fl-istadju ta’ implimentazzjoni tal-kuntratt. L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta m’għandhiex tinżamm responsabbli jew tkun involuta f’xi tilwima jew litigazzjoni relatata mat-telf, il-ħsara jew is-serq ta’ kwalunkwe tagħmir li jitħalla waħdu mill-operatur(i) ekonomiku magħżul(i) fuq il-post.
3.2 Miżati
L-applikazzjoni hija bla ħlas.
3.3 Armar u Żarmar
L-operatur ekonomiku magħżul se jkun responsabbli bis-sħiħ għall-armar u ż-żarmar meħtieġ u se jħalli l-post nadif
Il-provvista tal-elettriku għat-tħaddim tat-tagħmir se tkun ipprovduta mill-Aġenzija iżda il-bejjiegħ irid jipprovdi estensjonijiet, jekk meħtieġa.
3.4 PERMESSI U LIĊENZJI
L-operaturi ekonomiċi magħżula għandhom jikkonformaw mar-regolamenti lokali tas-Saħħa u s-Sigurtà, ir-regolamenti u l-leġislazzjoni tal-industrija Maltija tal-catering, kwalunkwe liċenzji u permessi meħtieġa biex ikunu eliġibbli għall-bejgħ/kummerċ u d-Dipartiment tal-VAT. L-ikel u x-xorb kollu għall-bejgħ għandu jkun konformi mar-regolamenti sanitarji lokali stabbiliti mill-awtoritajiet u l-applikanti li jintgħażlu għandu jkollhom il-liċenzji u l-permessi kollha meħtieġa (validi) sabiex ibigħu l-prodott. Dawn il-permessi jistgħu jintalbu fi kwalunkwe ħin mill-Awtorità Kontraenti.
L-operaturi ekonomiċi magħżula għandhom ikunu fil-pussess ta’ Ċertifikat validu ta’ Food Handlers jekk applikabbli.
Jekk ser ibigħu alkoħol, l-applikant/a magħżul/a iridu jkunu fil-pussess ta’ Liċenzja valida għall-bejgħ tal-alkoħol u l-bejgħ kollu huwa r-responsabbiltà tal-applikant;
L-applikant/a magħżul/a jridu jkunu fil-pussess tal-liċenzji u l-permessi kollha meħtieġa għall-bejgħ/kummerċ mal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni. (Dawn il-permessi jistgħu jintalbu mill-Aġenzija mal-iffirmar tal-Kuntratt);
L-ikel u x-xorb kollu għall-bejgħ għandu jkun konformi mar-regolamenti sanitarji lokali stabbiliti mill-awtoritajiet;
Dawk kollha li jservu / jimmaniġġjaw ikel u xorb għandhom jilbsu l-ilbies protettiv meħtieġ, ingwanti li jintremew u kull forma oħra ta’ tagħmir iġjeniku protettiv;
L-oġġetti kollha għall-bejgħ għandhom jikkonformaw mar-regolamenti u l-leġiżlazzjoni lokali;
Jekk l-operatur(i) ekonomiku/ekonomiċi magħżul(a) jinqabad/jinqabdu jikser/jiksru xi regolament, jistgħu jintalbu mill-Awtorità Kontraenti u/jew awtoritajiet lokali kompetenti oħra biex jagħlqu l-post u jwaqqfu l-bejgħ b’effett immedjat. L-operatur(i) ekonomiku/ekonomiċi ma jkun(u) intitolat(i) għall-ebda kumpens u għandhom ikunu responsabbli biex iħallsu kwalunkwe multa mġarrba mill-awtoritajiet lokali kompetenti. Kwalunkwe multi mġarrba jew proċedimenti tal-Qorti li jirriżultaw minn tali azzjonijiet għandhom jitħallsu għal kollox minn / ikunu r-responsabbiltà tal-operatur(i) ekonomiku/ekonomiċi. Barra minn hekk, kwalunkwe talba għal rimborż mhix se tintlaqa’.
Il-Liġijiet Maltin kollha rilevanti għall-attività għandhom jiġu osservati fl-intier tagħhom mill-operatur(i) ekonomiku/ekonomiċi magħżul(a);
L-Aġenzija mhux se tkun responsabbli għal kwalunkwe azzjoni jew multi li jkunu saru bħala riżultat ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regolamenti lokali.