Wara s-suċċess tal-Programm tal-Ambaxxaturi ta’ Innocap li jippromwovi l-involviment taż-żgħażagħ f’mobilità urbana sostenibbli lokali, il-Valletta Design Cluster fi ħdan l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, f’kollaborazzjoni mal-EIT Urban Mobility RIS Hub Malta, qed ifittex żgħażagħ ta’ bejn is-16 u l-25 sena biex isiru Ambaxxaturi u jingħaqdu ma’ grupp ta’ pari li se jaħdmu biex ifasslu Pjan ta’ Azzjoni għall-Mobilità.

 

Min?

Il-kandidati ideali għall-Programm tal-Ambaxxaturi huma żgħażagħ ta’ bejn is-16 u l-25 sena li huma entużjasti dwar suġġetti ta’ mobilità urbana sostenibbli u jixtiequ jkunu dawk li jfasslu l-bidla f’Malta. Il-parteċipazzjoni hija fuq bażi volontarja u mhi se tiġi pprovduta l-ebda remunerazzjoni.

 

Għaliex?

Aħdem magħna għall-bidla! Il-parteċipanti se jkollhom l-opportunità li jkunu f’kuntatt mill-qrib ma’ esperti tat-trasport biex jaqsmu l-ħsibijiet tagħhom u jirċievu feedback dwar kwistjonijiet attwali relatati mal-mobbiltà f’ambjent kollaborattiv, li se jiffaċilita l-ħolqien tar-rakkomandazzjonijiet finali. Il-Programm se jkun ukoll opportunità kbira għall-parteċipanti biex iwessgħu n-netwerk tagħhom ta’ pari b’interessi simili, u biex jaħdmu flimkien biex jiksbu bidla pożittiva.

Il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Mobilità se jiġi ppreżentat lill-awtoritajiet rilevanti u lill-pubbliku biex iż-żgħażagħ jingħataw vuċi f’aspett daqshekk importanti tal-ħajja tagħhom ta’ kuljum. Il-Programm se jgħin ukoll liż-żgħażagħ b’ideat intraprenditorjali biex jiżviluppawhom.

 

Meta?

Il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Mobilità se jinħoloq bl-użu ta’ approċċ minn isfel għal fuq, li jisma’ lin-nies fit-toroq. L-Ambaxxaturi ser ikunu involuti f’ħidma fi grupp u f’konsultazzjonijiet ma’ entitajiet pubbliċi u privati differenti. Il-Pjan se jipprovdi rakkomandazzjonijiet għal dawk li jfasslu l-politika biex jinkoraġġixxu mġiba ta’ mobilità urbana sostenibbli f’persuni ta’ bejn is-16 u l-25 sena. Il-pjan se jiġi ffinalizzat sa tmiem l-2023.

L-Ambaxxaturi se jkunu ggwidati minn u se jmexxu l-proċess flimkien mal-EIT Urban Mobility RIS Hub Malta li huwa magħmul mill-MCAST, mill-Project Aegle Foundation u mill-Valletta Design Cluster.

Il-proġett se jsegwi din l-iskeda ta’ żmien:

Marzu/April: Reklutaġġ ta’ Ambaxxaturi ta’ bejn is-16 u l-25 sena

Mejju, Lulju, Settembru, Novembru: Tiltaqa’ darba fix-xahar biex tiżviluppa l-proġett

April sa Novembru: Tiltaqa’ mal-partijiet interessati biex tifhem u tirfina l-azzjonijiet

Ottubru: Abbozz tal-Pjan ta’ Azzjoni

Novembru: Il-finalizzazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni u t-tnedija f’avveniment pubbliku b’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet u l-partijiet ikkonċernati rilevanti

 

Interessat li tingħaqad magħna?

Ibgħat email lil vdc@vca.gov.mt b’ismek, bid-dettalji ta’ kuntatt, b’bijografija qasira u b’ħarsa ġenerali qasira lejn l-interess tiegħek fil-mobilità sostenibbli. L-iskadenza għas-sottomissjonijiet hija: Il-Ġimgħa 28 ta’ April 2023, 12pm CEST

 

Aktar informazzjoni fuq vdc@vca.gov.mt

Tgħallem aktar dwar l-EIT Urban Mobility RIS Hub Malta fuq din il-link.