L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta nediet l-installazzjoni artistika l-ġdida tagħha fil-beraħ li tiġbor is-seħer ta’ Triq Nofsinhar fil-Belt Valletta.
Titlifx din l-attrazzjoni li trid tara matul iż-żjara tiegħek fil-Belt Valletta. Esperjenza l-maġija ta’ Triq in-Nofsinhar u kun imsaħħar b’din it-tifkira artistika lejn ix-xenarju kulturali Malti.
Din l-installazzjoni mill-isbaħ tagħti ġieħ lill-festivals fit-toroq, kostumi, u animazzjoni ta’ spazji pubbliċi li saru parti integrali mill-wirt kulturali għani ta’ Malta.
Din l-installazzjoni l-ġdida hija parti minn programm ta’ installazzjonijiet fit-toroq li jinbidlu kull ftit xhur fi programm maħsub biex jagħti kulur lit-toroq tal-Kapitali. Wara s-suċċess tal-installazzjonijiet fi Triq in-Nofsinhar fl-aħħar sentejn, ser ikunu qed jintgħażlu sensiela ġdida ta’ installazzjonijiet permezz ta’ sejħiet għall-proposti.