B’referenza għal numru ta’ rapporti żbaljati u kummenti li saru b’reazzjoni għal dawn l-istejjer, il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u
l-Gvern Lokali jiċċaraw dan li ġej.
Kif diġà ġie spjegat fil-konferenza tal-aħbarijiet tal-bieraħ, minħabba l-pandemija tal-Covid-19, din is-sena mhux se jkun possibbli li jiġu organizzati l-avvenimenti tal-massa jew l-attivitajiet annwali li
jsiru s-soltu waqt il-Milied.
Tħassru l-avvenimenti maġġuri kollha inkluż ‘Winter Wonderland’.
Għalhekk, kontra l-impressjoni li ngħatat minn xi wħud, ma hu minnu xejn li fil-Belt Valletta, jew f’xi lokalitajiet oħra, se jittellgħu xi parties jew serati ta’ divertiment.
Kif ukoll diġà ġie spjegat fil-konferenza tal-aħbarijiet tal-bieraħ, b’konsultazzjoni sħiħa malkommunità kummerċjali tal-belt kapitali, l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta se żzejjen biss ittoroq ewlenin, se tinxtegħel is-Siġra tal-Milied, se jintrama l-presepju, kif ukoll se ssir projezzjoni ta’ dwal fuq il-faċċata tal-Palazz tal-President u fi Pjazza San Ġorġ.
Il-ħsieb tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta huwa li, permezz ta’ mużika, korijiet żgħar u arti performattiva, il-familji u t-tfal Maltin u Għawdxin li jagħżlu li jidħlu l-Belt Valletta biex jixtru rrigali lill-qraba tagħhom jew biex jieklu fir-ristoranti matul dak il-perjodu, jkunu jistgħu jidħlu flispirtu pożittiv tal-Milied.
Fuq direzzjoni tal-awtoritajiet tas-saħħa, dawn l-inizjattivi żgħar u fil-miftuħ se jkunu konformi b’mod assolut mad-direttivi u l-protokolli li jkunu fis-seħħ. Kull persuna li tidħol fil-Belt Valletta trid
ukoll tirrispetta l-liġijiet eżistenti fosthom l-użu obbligatorju tal-maskri u d-distanza soċjali.
Il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali jisħqu li s-saħħa tan-nies tibqa’ prijorità u għalhekk ittieħdu d-deċiżjonijiet li
tħabbru biex l-atmosfera tal-Milied tinħoloq skont ir-realtà differenti li qed ngħixu fiha u bilprekawzjonijiet li kulħadd irid isegwi b’rispett lejh u lejn ħaddieħor.