L-ispettaklu ġie mxandar mill-Forti Sant’Iermu, filwaqt li s-semifinalisti ta’ Britain’s Got Talent 2020 Ember Trio taw prestazzjonijiet minn diversi postijiet ikoniċi fil-Belt Valletta fosthom il-kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Kavallier ta’ San Ġakbu u Pjazza Kastilja u l-Casino Maltese.
Is-serata ttellgħat bis-sehem ta’ The Palace String Orchestra li akkumpanjat uħud mill-aqwa artisti Maltin fosthom Amber, Aidan, Jasmine u Kevin Paul. Is-serata inkludiet ukoll lit-tim lokali magħruf Min Imissu? L-ispettaklu kien ippreżentat minn Ben Camille, flimkien ma’ Andreana DeBattista.
Wirja speċjali ta’ logħob tan-nar mill-Port il-Kbir u l-inħawi ttellgħat f’nofsillejl.
Il-Valletta National New Year’s Eve 2021 Variety Show ġie organizzat mill-G7 Events, bl-appoġġ tal-Ftehim ta’ Sħubija għal avvenimenti fuq skala kbira u inizjattiva mal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Valletta fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, Kultura u Gvern Lokali.