Fix-xahar ta’ Novembru se jirritorna d-duo ikoniku tal-kantawturi tant magħrufa, Chasing Pandora.
B’reazzjoni għall-ħafna talbiet mis-segwaċi tagħhom, l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta qed tħabbar il-kunċert tant mistenni bl-isem ta’ Chasing Pandora – Rendezvous, li se jsir nhar il-Ġimgħa l-10 ta’ Novembru fit-8pm, fil-lukanda Embassy, il-Belt Valletta.
Chasing Pandora ser ikunu qed iġeddu memorji għeżież ħafna għall-udjenza tagħhom, hekk kif dan il-kunċert se jkun wieħed mimli nostalġija fejn id-duo se jkunu qed iżuru l-aktar suċċessi emblematiċi tagħhom. Din is-serata għalhekk żgur se tibqa’ mnaqqxa fil-qlub ta’ dawk kollha li jattendu. Bit-titlu tiegħu, Rendezvous, dan l-avveniment għalhekk se jiggarantixxi esperjenza mużikali mingħajr paragun.
Magħrufa għall-ħila tagħhom li joħolqu konnessjonijiet intimi fi ħdan teatri varji, Chasing Pandora ser jagħtu prestazzjoni mimlija emozzjonijiet u rakkonti. Il-vjaġġ mużikali se jaqsam l-evoluzzjoni tal-ħoss tagħhom, li jinkludi siltiet mill-ewwel album tagħhom ‘Mocking the Mockingbird’ u l-album ta’ warajh ‘The Driver and the Dancer’. Apparti l-kanzunetti l-klassiċi tagħhom, dawk li se jattendu se jisimgħu wkoll cover versions ta’ diversi kanzunetti, poeżiji oriġinali, u siltiet oħra mir-repertorju tant maħbub tagħhom.
Jakkumpanjaw lil Chasing Pandora fuq il-palk se jkun hemm line-up impressjonanti ta’ mużiċisti, fosthom Danny Magro fuq il-kitarra, Ismael Azzopardi fuq il-keyboards, Steve Magro fuq il-bass, u Pawlu Portelli fuq id-drums. Flimkien ser joħolqu sinfonija ta’ ħoss li bla dubju se tqanqal il-qlub ta’ dawk kollha li jattendu.
Id-dħul għal dan l-avveniment huwa bla ħlas. Dan bil-għan li l-mużika li kważi ssaħħrek ta’ Chasing Pandora tibqa’ aċċessibbli għal kulħadd.
Għalhekk ingħaqad magħna nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Novembru fit-8pm, fil-lukanda Embassy, il-Belt Valletta għal prestazzjoni indimentikabbli minn Chasing Pandora.
Dan l-avveniment qed jiġi organizzat bħala parti mill-programm għal Strada Stretta imtella’ mill-Aġenzja Kulturali għall-Belt Valletta.
Għal aktar informazzjoni żur il-paġna tal-avvenimenti u l-paġna ta’ Facebook.