Id-dettalji ġew ippubblikati fuq [https://www.vca.gov.mt/mt/opportunities](https://www.vca.gov.mt/mt/opportunities/european-capital-of-culture-2031-(malta):-preliminary-expression-of-interest) u l-applikazzjonijiet iridu jiġu sottomessi fuq ippartecipa@vca.gov.mt sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2021.
It-titlu ta’ KetK jista’ jingħata lil kwalunkwe belt li tapplika, dejjem jekk jintlaħqu ċerti kriterji, li l-ebda minnhom ma huma relatati mad-daqs jew il-pożizzjoni ġeografika tagħha. Bliet li jimplimentaw dan il-proġett ambizzjuż b’suċċess huma dawk li għandhom il-kapaċità umana, fiżika (f’termini tal-infrastruttura) u finanzjarja li jwettqu dan il-proġett ambizzjuż; imexxu u jirrappreżentaw lir-reġjun tagħhom filwaqt li jilħqu lil Malta u Għawdex kollha, lil hinn mill-fruntieri tagħhom joħolqu programm innovattiv u li jħares ‘il quddiem, li jista’ jinkludi, iżda mhux limitat għall-offerta kulturali eżistenti tiegħu jiffukaw il-ħidma tagħhom fuq iċ-ċittadini u l-konnessjoni tagħhom mal-kultura u l-Ewropa, aktar milli fuq it-turiżmu joħolqu l-verżjoni tagħhom tal-kunċett tal-ECoC li jirrifletti l-belt b’mod uniku filwaqt li jiżgura li l-arti, il-kultura u d-dimensjoni Ewropea jinsabu fil-qalba.
Wara Valletta 2018 Kapitali Ewropea tal-Kultura, belt fil-gżejjer Maltin ser ikollha dan it-titlu fl-2031, skont skeda maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea.
Din l-inizjattiva hija ddisinjata biex taċċenna fuq ir-rikezza u d-diversità tal-kulturi Ewropej; tiċċelebra l-karatteristiċi kulturali li naqsmu bħala Ewropej; iżżid is-sens ta’ appartenenza għal żona kulturali komuni u trawwem il-kontribut kulturali għall-iżvilupp tal-ibliet; dan skont il-programm tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura tal-Ewropa Kreattiva.
Il-proċess ta’ sottomissjonjiet inizjali qed ikun immexxi mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta li kienet stabbilita bħala legat tal-Fondazzjoni Valletta 2018. Parti mill-mandat tal-Aġenzija skont AL 427 tal-2018, huwa li: “tikkoordina l-proċess ta’ offerti għat-titolu li jmiss ta’ Belt Kapitali tal-Kultura għall-gżejjer Maltin”.
Il-Kapitali Ewropea tal-Kultura huwa titlu mogħti għal perjodu ta’ sena lil belt magħżula mil-Unjoni Ewropea, li matulha tingħata opportunità li tesebixxi l-ħajja kulturali u l-iżvilupp kulturali tagħha. Diversi bliet Ewropej użaw il-Kapitali tal-Kultura biex jitrasformaw kompletament il-bażi kulturali tagħhom u, filwaqt li jagħmlu dan, ibiddlu l-perċezzjoni tagħhom internazzjonalment.