Fil-fatt ’ A Night for Music with John Lundgren’, iżewweġ il-vuċi b’saħħitha ta’ John Lundgren u t-teknika mużikali tal-pjanista Klavs Lewinski. Dan ser ikun vjaġġ mużikali permezz tax-xogħlijiet tal-kompożituri kbar tal-epoki klassiċi u romantiċi fosthom Mozart, Wagner, Bizet u Rangströma, fl-atmosfera eleganti tal-Ballroom fil-Każin Malti nhar is-Sibt 4 ta’ Diċembru 2021.
Lundgren huwa baritonu Żvediż ta’ fama internazzjonali u magħruf ħafna għall-fatt li kapaċi jgħaqqad il-vuċi qawwija tiegħu ma’ sensittività raffinata għar-repertorju tal-opra drammatika.
Hu fil-fatt kanta f’diversi teatri tal-opra importanti ħafna bħal Londra, Munich, Berlin, Stockholm, Zürich, Geneva, Dresden, Hamburg, Leipzig, Amsterdam, Gothenburg, Oslo, Beijing u Tokyo kif ukoll il-Fesitvals ta’ Bregenz u Bayreuth.
Fost is-siltiet li se jkun qed jinterpreta Lundgren f’Malta se jkun hemm Votre toast minn Carmen ta’ George Bizet, Deh, vieni alla finestra minn Don Giovanni u Was duftet doch der Flieder minn Die Meistersinger ta’ W.A. Mozart.
Takkumpanja lil Lundgren se jkun hemm ukoll Sofia Narmania fuq il-pjanu.
Il-Biljetti li jistgħu jinxtraw minn [www.visitmalta.com](https://www.visitmalta.com/en/events-in-malta-and-gozo/event/a-night-for-music-with-john-lundgren/), huma limitati ħafna.