Magna Żmien tiftaħ is-sena 2024 b’taħdita dwar dan l-arkivju u kif issir aktar familjari mal-arkivju aktar tard dan ix-xahar.
F’din it-taħdita, l-arkivju żgħir ta’ Magna Żmien iddedikat biex jikkonserva u jiddiġitalizza memorji Maltin se jkun qed jippreżenta ħarsa ġenerali lejn uħud mill-proġetti ewlenin li Magna Żmien ħadmet fuqhom matul is-sena li għaddiet, fosthom proġetti ma’ komunitajiet Maltin barra minn xtutna, materjal ġdid li ġej minn kollezzjonijiet privati. u kif tista’ tinvolvi ruħek fil-proġetti tagħna.
Waqt din it-taħdita informali, Magna Żmien se tkun qed tixħet dawl fuq materjal mill-aktar interessanti mill-arkivju.
Din it-taħdita se tkun ippreżentata mill-Membri tat-Tim ta’ Magna Żmien Andrew Alamango (Ko-Fundatur u Direttur Artistiku), Andrew Pace (Ko-Fundatur u Kap Arkivista) u Kris Polidano (Riċerkatur u Maniġer tal-Komunikazzjoni).
Biex tirreġistra, ġentilment mitlub tibgħat email lil info@magnazmien.com b’ismek u kunjomk, kif ukoll in-numru ta’ nies li tixtieq tirriżerva post għalihom.
Ritratt: Parti mill-Kollezzjoni Paul Caruana, provdut bil-kortesija ta’ Magna Żmien.
Dan l-avveniment huwa parti mill-programm ‘Studio Sessions’ tal-Valletta Design Cluster.