Iċ-ċelebrazzjonijiet Nazzjonali tal-Lejlet l-Ewwel tas-Sena se jerġgħu jittellgħu fil-qalba tal-Belt.
Organizzati mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, b’kollaborazzjoni mal-G7 Events u appoġġjati mill-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, dan l-avveniment qed jiġi organizzat skont il-protokolli ta’ kontra l-firxa tal-COVID-19 li huma fis-seħħ bħalissa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa.
Il-miestiedna tal-lejl jinkludu l-kantant u DJ tar-Renju Unit Pop – John Newman bħala Special Guest u The Palace String Orchestra, bis-sehem ta’ AIDAN, Jasmine, Gaia, Megan, Ozzy Lino u Klinsmann. Id-DJ lokali Debrii se jkun qed jagħti prestazzjoni.
L-avveniment se jkun ospitat minn Abel, Jd & Martina.
Informazzjoni dwar il-biljetti u aktar dettalji jitħabbru fil-jiem li ġejjin.
Żur [il-paġna ta’ Facebook](https://www.facebook.com/vallettaculturalagency) tal-Aġenzija għall-aktar dettalji.